Reference: Volume 38B (1954), Part No. 3, Section , Page 653

Judgement Details


Date
12/03/1954
Court
OF COMMERCE
Judiciary
GOUDER TANCRED
Parties
VICTOR TONNA BARTHET NE. vs RONALD PACE NE.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
GURISDIZZJONI - NOLEGG - POLZA TAL-KARIKU
Summary
Patt li bih il-partijiet jiftehmu, bejn zewg tribunali, wiehed ta' Malta u iehor ta' pajjiz iehor, liema minnhom ghandu jiehu konjizzjoni tal-kwistjoni, suppost li jkun hemm bzonn jadixxu l-Qorti, huwa validu. Imma, meta dak il-patt huwa inserit fil-polza tal-kariku, u mhux fil-kuntratt tan-nolegg,dak il-patt ma jistax jigi invokat jekk il-kwistjoni tqum, mhux minhabba xi fatt jew att tan-noleggjant jew tal-kaptan wara l-karikament tal-merkanzija u in ezekuzzjoni tal-polza, imma invece tqum minhabba fatt tan-noleggjant qabel ma giet karikata l-merkanzija u kwindi qabel ma giet rilaxxjata l-polza tal-kariku, fatt vjolatur ta' l-obligazzjoni assunta mill-istess noleggjant fil-kuntratt tan-nolegg. U tabilhaqq, il-polza tal-kariku mhix haga wahda mal-kuntratt tan-nolegg. Il-polza tal-kariku hija l-iskrittura, ir-ricevuta, li l-kaptan, b'obligu, jaghti ghall-merkanzija karikata, konstatanti li l-effettiva karikazzjoni u l-kondizzjonijiet tat-trasport; hija att li ghandu hajja tieghu proprja u awtonima; u ma tikkostitwix accessorju jew appendici tal-kuntratt tan-nolegg, kif lanqas matippresupponih. IL-polza tal-kariku tiddifferixxi mill-kuntratt tan-nolegg kif l-ezekuzzjoni ta' kuntratt tiddifferixxi minn semplici promessa; b'mod li, meta jkun hemm kuntratt tan-nolegg bil-miktub, hemm bzonn ugwalment tal-polza; u kwindi, fil-waqt li jista' ma jkunx hemm kuntratt tan-nolegg bil-miktub, mhux possibili li ma jkunx hemm polza. Fejn hemm kuntratt tan-nolegg bil-miktub, ir-rapporti bejn noleggjant u noleggjatur jinsabu regolati minn dak il-kuntratt; fil-waqt li l-polza tal-kariku tirrigwarda r-rapporti tal-kaptan mal-karikatur u l-kondizzjonijiet tat-trasport tal-merkanzija mill-karikazzjoni sar-restituzzjoni taghha. Ghaldaqstant, jekk il-patt deroganti ghall-gurisdizzjonitat-tribunal ikun jinsab fil-polza tal-kariku, u l-kwistjoni bejn il-partijiet tqum minhabba xi fatt tan-noleggjant qabel ma giet karikata l-merkanzija, dak il-patt ma jistax jigi nvokat.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info