Reference: Volume 82 (1998), Part No. 2, Section , Page 1072

Judgement Details


Date
13/10/1998
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
SAID PULLICINO JOSEPH, ARRIGO NOEL V., CARUANA DEMAJO GIANNINO
Parties
HENRY ELLUL SULLIVAN ET NOE vs JOSEPH DIMECH
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ARTIKOLU 199 (2) TAL-KODICI TA' ORGANIZZAZZJONI U PROCEDURA CIVILI - ARTIKOLU 2132 TAL-KODICI CIVILI - GUDIZZJARJA - INTERRUZZJONI PERMEZZ TA' DOMANDA - INTERRUZZJONI TA' - KANCELLAMENT TA' KAWZA - LIBERAZZJONI MILL-OSSERVANZA TAL-GUDIZZJU - PRESKRIZZJONI
Summary
Il-kancellament tal-kawza hu nfatti permess biss meta ghall-kawza ma jidher hadd - la l-partijiet ulanqas l-avukati taghhom. Bil-kancellament il-Qorti bl-ebda mod ma tippronunzja ruhha fuq il-meritutal-kawza, tant li dan jibqa' gal kollox impregudikat. Il-kancellament tal-kawza, hija mizura procedurali ta' dixxiplina in ultima analisi tippenalizza liz-zewg partijiet ghax f'dan il-kaz il-konvenut ma jigix illiberat mit-talbiet ta' l-attur. Kemm-il darba jidher bissil-konvenut jew l-avukat tieghu jew il-prokuratur legali tieghu, kif jghid il-kaz , hu jista' jitlob li jigi mehlus mill-osservanza tal-gudizzju bl-ispejjez (artikolu 199 (2) ). F'dan il-kaz, il-Qorti tagixxi fuq talba tal-konvenut u l-liberazzjoni taggrava lill-attur li ma jkunx deher u tghabbih bl-ispejjez tal-kawza fuq il-meritu. It-talba gudizzjarja tinterrompi l-preskrizzjoni u hija ineffikaci ghall-finijiet ta' l-interruzzjoni tal-preskrizzjoni fil-kazijiet stabbiliti fil-Kodici Civili. Jekk il-liberazzjoni mill-osservanza tal-gudizzju m'ghandhiex l-effett li tinnewtralizza l-interruzzjoni tal-preskrizzjoni tad-dritt ta' l-azzjoni in corso, multo magis, m'ghandux ikollu tali effett il-kancellament ta' kawza fejn, kif inghad, il-Qorti bl-ebda mod ma tinvesti l-meritu u semplicement tiddesisti milli tiehu konjizzjoni taghha billi tordna li titnehha minn quddiemha. Kancellament li ma jipprekludix lill-atturid-dritt li jipproponu l-azzjoni sakemm ikun ghadu fiz-zmien li hekk jaghmel. Fil-meritu l-Qorti ta' l-Appell ikkonfermat is-sentenza ta' l-Ewwel Qorti u laqghet it-talba attrici ghal pagament ta' bilanc ta' prezz ta' biljetti ta' l-arju.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info