Referenza: Volum 46C (1962), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 570

Dettalji tas-Sentenza


Data
17/02/1962
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
FLORES JOSEPH
Partijiet
ANTHONY PELLEGRINI NE ET PR vs MAURICE ABELA NE
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
"ELECTORAL COMMISSIONER" - "PARTIT TAL-HADDIEMA NSARA" - "PARTIT TAL-HADDIEMA" (MALTA LABOUR PARTY) - "POLLING REGULATIONS" REG. 27(6) - ART 7(1) TAL-KAP. 163 - ASSEMBLEA LEGISLATTIVA - ELEZZJONIJIET - GURISDIZZJONI - NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN NRU. 340 TAL-1947
Fil-Qosor
Il-Kummissjoni Eletorrali, fl-assenza ta` dispozizzjonijiet tespressi fil-ligi, ghandha d-dmir li taghmel, fl-ezekuzzjoni tad-dmirijiet taghha, dak kollu li jidhrilha necessarju ghat-tmexxija ta` elezzjoni, basta li xejn ma jsir minnha lij kun kuntrarju gahd-dispozizzjonijiet tal-ligi Elettroali. ufost ir-regolamenti tla-votazzjoni mahruga mill-Gvernatur bis-sahha ta` dik il-ligi hemm dak li jiddisponi illi, jekk xi votant jitlob lill-assistentt kummissjuanrju jaqralu l-ismijiet tal-kandidatili jkunu jikkontestaw l-elezzjoni fl-interess ta` dak il-partit u jhallu barra l-ismijiet tal-kandidati l-ohra kollha. F'dan il-qadi ta` dmirjiet il-Kummizzjoni Elettorali ghandha poteri diskrezzjonali, li pero` ghandhom ikunu fil-konfini tal-ligi u tar-regolamenti mahrugin tahtha. Ghalhekk, il-Qrati ta` gurisdizzjoni ordinarja ma issindakawx, bhal regola, l-ezercizzju ta` dawk il-poteri diskrezzjonali, sakemm dawn jigu ezercitati fil-limit tal-ligi; b'mod illi l-Qrati jkollhom gursidizzjoni lijippronunzjaw ruhhom dwar l-ezercizzju ta` dawk l-poteri bbiex jaraw biss jekk gewx ezercitati skond l-istess ligi, uf il-kaz biss li ma jsibuhomx hekk ezercitati jistghu jiddikjarawhom "ultra vires"u ta` ebda effett. Fil-kaz prezenti, il-Kummissjunarju Elettroali ta` direttivi lill-assitenti kummissjunarji biex jekk xi votant fl-elezzjoni li kienet miexja jitlobhom jghinuh biex jivvota ghall-partit tal-Haddiema, huma kellhom jaqrawlu l-ismijiet tal-kandidati tal-malta Labour Party u l-atturippretenda li dawk id-direttivi kellhom jithassru ghaliex kienu jgibu konfuzjoni mal-kandidati tal-Partit tal-Haddiema Nsara. Izda l-Qorti rriteniet illi ma kellhiex gurisdizzjoni tissindaka l-istruzzjonijeit tal-Kummissjunarju Elettoralli, billi dawn inghataw fil-poter diskrezzjonali ta` dak l-ufficjali u ma kienux barra mil-poteri teighu skond il-ligi.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni