Referenza: Volum 46C (1962), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 727

Dettalji tas-Sentenza


Data
03/12/1962
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
XUEREB JOSEPH H.
Partijiet
ALFRED CASSAR ET. vs DOTTOR GERALD MONTANARO GAUCI ET. NE.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 731, 743 U 775(A) TAL-KAP. 15 - DOMICILJU - GURISDIZZJONI - INSKRIZZJONI TAS-SENTENZA FIR-REGISTRU PUBLIKU - KOMPETENZA
Fil-Qosor
L-eccezzjoni dwar l-inkompetenza tal-Qorti, inkluz naturalment f'dan it-terminu d-difett ta' gurisdizzjoni tal-Qorti, ghandha tigi deciza b'kap separat, jew qabel jew flimkien mas-sentenza fuq il-meritu. U ghandha tigi moghtija mill-Qorti "ex officio"; fis-sens li l-Qorti ghandha tiddikjara l-inkompetenza taghha, jekk ikun il-kaz. Uhud mill-kazijiet kontemplati mill-ligi biex tigi radikata l-gurisdizzjoni tal-Qrati Maltin jirrikjedu li jkun jittratta minn azzjoni fuq haga (azzjoni reali) li tkun tinsab hawn Malta, jew ikun jittratta minn konvenut li jkun jinsab hawn Malta. U lanqas ma ghandhom gurisdizzjoni l-Qrati Maltin jekk is-sentenza ma tkunx tista' tigi ezegwita f'dawn il-Gzejjer; b'dan illi mhux bizzejjed, biex tigi radikata l-gurisdizzjoni, il-fatt li s-sentenza tkun tista' tiginskritta fir-Registru Publiku; ghax l-inskrizzjoni tas-sentenza mhijiex ezekuzzjoni taghha. Imma mbaghadd il-Qrati Maltin ghandhom gurisdizzjoni fil-kaz ta' kull persuna li jkollha d-domicilju taghha hawn Malta; b'mod li kull min ghandu d-domicilju tieghu f'dawn il-Gzejjer huwa suggett ghall-gurisdizzjoni tal-Qrati Maltin, sakemm ma jkunx abbanduna dan id-domicilju tieghu u ghazel domicilju gdidf'pajjiz iehor. U l-prova tal-intenzjoni ta' tibdil tad-domicilju trid tkun konkludenti, ghalkemmtista' tkun kostitwita minn cirkustanzi u ndizji, u mhux necessarjament minn xi dikjarazzjoni bil-miktub jew formali. F'kaz ta' dubju jekk kienx hemm tibdil fid-domicilju, ghandu jigi ritenut illi kambjament ta' domicilju ma kienx hemm, u li kwindi l-konvenut ghadu suggett ghall-gurisdizzjoni tal-Qrati Maltin.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni