Referenza: Volum 32B (1946), Parti Nru. 1, Taqsima 2, Paġna 600

Dettalji tas-Sentenza


Data
10/04/1946
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
BORG GORG, GANADO E., CAMILLERI LUIGI A.
Partijiet
NEG. JOSEPH LA ROSA vs EMMANUELE FARRUGIA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Fil-Qosor
L-introduzzjoni ta' l-atti ghall-appell ghandha ssir fl-istess gurnata meta tigi prezentata l-petizzjoni jew citazzjoni ta' l-appell. Dina l-introduzzjoni ssir mir-Registratur fuq talba verbali ta' l-appellant jew ta' l-appellat fir-registru fejn ikunu l-attijiet. Imma meta l-appell ikun minn sentenza tal-Qorti ta' Ghawdex, it-talba tista' ssir lir-Registratur tal-Qorti Superjur; dana mbaghad jikkomunika dik it-talba lir-registrartur tal-Qorti ta' Ghawdex; u dana jibghat bla dewmien l-attijietlir-Registratur tal-Qrati Superjuri. Il-hlas tad-dritt stabbilit ghall-introduzzjoni jiprezumi t-talba ghal dik l-introduzzjoni; imma dak il-hlas ghandu jsir fiz-zmien preskritt mill-ligi, inkella jkunu nulli tant il-hlas li jkun sar kemm kull talba li tkun saret, ghax ma jkunux saru fl-istess gurnata tal-prezentata tal-petizzjoni jew citazzjoni. Imma jekk dawn ir-regoli ma jigux osservati, u l-introduzzjoni intant, tajjeb jew hazin, issir, ma hemmx nullita' ta' l-appell; basta t-talba tkun saret fl-istess jum tal-prezentata tal-petizzjoni jew citazzjoni. Fil-kaz prezenti ma sarx il-hlas tad-dritt meta saret it-talba ghall-introduzzjoni; imma peress illi dik it-talba kienet saret f'waqtha, gie moghti zmien lill-appellant biex ihallas id-dritt preskritt, u l-appell bqaq' shih.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni