Reference: Volume 41F (1957), Part No. 4, Section , Page 1400

Judgement Details


Date
18/05/1957
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
HARDING WILLIAM
Parties
IL-PULIZIJA vs CARMELO GALEA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
"PLASTIC SHOPPING BAGS" - "SHOPPING BAGS" - APPELL - NULLITA'
Summary
L-Attorney General jista' jappella minn sentenza tal-Magistrat, fost kazijiet ohra, meta l-Magistratikun illibera ghaliex ikun irritjena li "fil-fatt" ma jikkonkorrux ir-rekwiziti tar-reat; u f'dawnl-ahhar zmienijiet giet moghtija lil din id-dispozizzjoni tal-ligi interpretazzjoni fis-sens li, avvolja l-Magistrat ikun dahal "fil-provi", hemm lok ghall-appell jekk il-Magistrat ikun ghamel enuncjazzjoni zbaljata jew inkompleta tal-ligi. Jekk il-Magistrat ikun ghamel semplicement apprezzament tal-provi, zgur ma jistax jinghad li hu llibera fuq il-fatt kif semplicement "dedott", ghaliex il-verita' tkun li hu llibera in bazi ghall-fatt "pruvat". Ghaldaqstant, f'kaz fejn l-imputat jigi akkuzatli mporta minn post barra minn dawn il-Gzejjer basktijiet tal-"plastic" ghall-oggetti tax-xiri ("plastic shopping bags") minghajr licenza minn ghand il-Ministru, ma jistax jinghad li fis-sentenza tal-Magistrat hemm xi enuncjazzjoni tal-ligi b'mod li jkun pont ta' dritt, jekk il-Magistrat ikun wasalghall-konkluzjoni tieghu dwar il-vera natura tal-oggetti mportati in bazi ghall-ispezzjoni okularital-oggetti, in bazi ghall-osservazzjoni materjali tal-konsistenza u forma tal-istess oggetti, u inbazi ghal konsiderazzjonijiet purament ta' fatt dwar f'hix ordinarjament jikkonsistu dawk li jissejhu "bags" - haga li l-Magistrat ma setghax ma jaghmelx peress li fil-ligi ma hemm ebda definizzjoni tal-kelma "shopping-bag", u allura tabilfors il-kwistjoni kellha tkun definita mhux in bazi ghal xi interpretazzjoni tal-kliem tad-definizzjoni, jew in bazi ghal xi affermazzjoni ta' principju ta' ligi, imma biss in bazi ghal riflessjonijiet vizwali u ta' fatt. Lanqas jirrendi appellabbli dik is-sentenza l-fatt li fiha jigu premessi xi konsiderazzjonijiet dwar il-ligi in materja, jekk dawn il-konsiderazzjonijiet ma jirrakkjudu ebda enuncjazzjoni interpretativa ta' xi punt oskur jew dibattut, imma semplicement dikjarazzjoni tal-istat tal-ligi; u s-semplici applikazzjoni tal-ligi ghall-fatt ma tammontax ghal punt ta' dritt, ghax diversament kull sentenza tkun appellabbli, ghax f'kull sentenzabilfors issir applikazzjoni tal-ligi. U din l-interpretazzjoni tad-dispozizzjoni tal-ligi ma ghandhiex tigi znaturata b'mod illi, malli f'sentenza tissemma l-ligi, allura jitqies li hemm lok ghal appell fuq punt ta' dritt, imma ghandha tigi korrettament mizmuma fil-limiti gusti taghha, cjoe' fejn,in riferenza ghar-reat addebitat, il-Magistrat tkun applika ghall-fatt dik il-ligi minnu skorrettament jew inkompletament enuncjata. F'kontingenzi simili, l-appell tal-Attorney General hu irritu u null.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info