Reference: Volume 41F (1957), Part No. 4, Section 1, Page 1262

Judgement Details


Date
27/06/1957
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
FLORES JOSEPH
Parties
IL-MAESTA' TAR-REGINA vs GANNI CARUANA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 405 (5) U 217 (3) (C) TAL-KODICI KRIMINALI - ATT TAL-AKKUZA - ATTI TAL-KUMPILAZZJONI - KORRUZZJONI TA' MINORENNI - KWERELA - NULLITA' - PATRIA POTESTA'
Summary
L-eccezzjoni ta' nullita' tal-att tal-akkuza tikkonsisti fl-allegazzjoni da parti tal-akkuzat ta' xidifett f'dak l-att; u ghalhekk mhux bizzejjed, biex id-decizjoni ta' dik l-eccezzjoni tigi rimessalill-Qorti komposta minn tliet Imhallfin, l-allegazzjoni ta' dan id-difett, imma hemm bzonn li l-Qorti komposta minn Imhallef wiehed tkun soddisfatta u perswaza li l-allegat difett realment jezisti almenu "prima facie"; b'mod li mhix sufficjenti l-kwalifika tal-eccezzjoni bhala wahda ta' nullita' tal-att tal-akkuza, imma hemm bzonn li tkun realment tali. U hija attribuzzjoni tal-Qorti komposta minn Imhallef wiehed li tindaga u tiddecidi, ghall-finijiet tar-remissjoni tal-kawza quddiem il-QortiKollegjali, jekk eccezzjoni preliminari kwalifikata mill-akkuzat bhala wahda ta' nullita' tal-att tal-akkuza hijiex verament tali. Ghaldaqstant, fil-kaz li l-akkuza tkun ta' korruzzjoni ta' minorennikommessa minn missier b'abbuz tal-patrija potesta', jekk l-akkuzat allega li l-att tal-akkuza huwanull, mhux mhabba xi difett kif inhu koncepit u redatt dak l-att, imma unikament fuq il-pretensjonili l-atti tal-istruttorja huma nulli ghax fiz-zmien tal-fatti l-akkuzat kien dekadut mill-patrija potesta', u kwindi d-delitt dedott fih kontra tieghu kien persegwibbli fuq kwerela tal-parti leza, u mhux mill-Pulizija "ex officio", il-Qorti, biex tiddecidi jekk l-eccezzjoni ta' nullita' tal-att tal-akkuza ghandhiex tigi rimessa ghad-decizjoni tal-Qorti Kollegjali, ghandha testendi l-indagini taghha biex jezamina, fid-dawl tal-atti tal-kawza sa dak l-istadju, jekk il-kwistjoni sollevata mill-akkuzat tirriducix ruhha fir-realta' ghal kwistjoni ta' punti ta' fatt ta' attribuzzjoni tal-gurati; ghax fil-kaz li jkun hekk, l-eccezzjoni tal-akkuzat ma tkunx realment u guridikament wahda ta' nullita'tal-att tal-akkuza mhabba f'nullita' tal-atti tal-istruttorja, li ghad-decizjoni taghha hija kompetenti l-Qorti Kollegjali. Dik l-eccezzjoni tkun semplicement enuncjazzjoni ta' kwistjoni rizervata bil-ligi ghad-decizjoni tal-gurati bl-effetti guridici li johorgu mid-decizjoni taghha bil-verdett.Ladarba l-akkuzat ikun pogga bhala pern tal-kwistjoni kollha l-allegata dekadenza mill-patrija potesta' tieghu fiz-zmien tal-fatti dedotti fl-att tal-akkuza, ghax naqas milli jipprokura kontra tieghunnifsu l-inskrizzjoni ipotekarja li ssemmi l-ligi u fiz-zmien li trid il-ligi, u ma giex reintegratfil-patrija potesta', u din il-kwistjoni tissemma l-ewwel darba quddiem il-Qorti meta tinghata l-eccezzjoni ta' nullita' tal-att tal-akkuza, dik l-eccezzjoni tirriduci ruhha ghall-enuncjazzjoni ghall-ewwel darba fil-kawza tal-kwistjoni, li ma tohrogx mill-atti tal-istruzzjoni li fuqhom hu bazat l-att tal-akkuza, jekk kienx hemm l-allegata dekadenza mill-patrija potesta', rizervata b'ligi ghad-decizjoni tal-gurati, bl-effetti guridici li johorgu mill-accertament tal-fatti. Il-kwistjoni timportadecizjoni ta' punti ta' fatt, kompriz dak allegat fl-att tal-akkuza, li l-akkuzat abbuza mis-setghata' missier; liema punti ta' fatti ma jiffigurawx fl-atti tal-istruttorja; u d-decizjoni taghha hijaeskluzivament imhollija b'ligi lill-gurati, taht id-direzzjoni li huma jircievu mill-Qorti fuq il-ligi. Sussidjarjament, anki kieku jkunu veri c-cirkustanzi enuncjati mill-akkuzat fl-eccezzjoni tieghu, sal-mument tal-ghoti ta' dik l-eccezzjoni tirrikorri u tigi l-prezunzjoni stabbilita mill-ligi li l-kwerela titqies li saret skond il-ligi, ladarba matul il-kumpilazzjoni l-imputat ma talabx, u l-Qorti ma ordnatx "ex officio", il-prova tal-kwerela. Jigifieri illi, anki kieku kellu jirrizulta lid-delitt kien prosegwibbli bil-kwerela tal-parti, xorta wahda l-atti tal-istruttorja jibqghu validi, u validu jibqa' l-att tal-akkuza li d-delitt sar b'abbuz tal-patrija potesta' ta' missier - liemacirkustanza mhix element kostituttiv tad-delitt ta' korruzzjoni ta' minorenni - tibqa' dejjem cirkustanza ta' fatt imhollija f'idejn il-gurati skond ir-rizultanzi tal-provi. Ghaldaqstant, l-eccezzjoni ta' l-akkuzat f'dawn il-kontingenzi ma tammontax ghal wahda ta' nullita' tal-att tal-akkuza; u l-kawza tghaddi quddiem l-Imhallef ordinarju ghall-istadji ulterjuri taghha.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info