Reference: Volume 36D (1952), Part No. 4, Section , Page 858

Judgement Details


Date
20/12/1952
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
HARDING WILLIAM
Parties
IL-PULIZIJA vs JOSEPH ZAMMIT
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
"THIRD PARTY RISKS" - ART. 3 U 20 TAL-KAP. 165 - KARROZZA - KOMPETENZA - LICENZA TAS-SEWQAN - PIENA - POLZA TAS-SIGURTA' - SOSPENSJONI
Summary
Il-fatt li l-piena komminata mill-ligi kontra min isuq karrozza tal-mutur minghajr ma jkollu polza tas-sigurta' jew garanzija dwar ir-riskji ta' terzi persuni tikkomprendi multa li tasal sa £50, u hekk taqbez il-maximum normali tal-multa ta' £20, ma jbiddelx il-karattru tal-multa ghall-finijiet tal-kompetenza; u r-reat jibqa' ta' kompetenza tal-Qorti Inferjuri. Ma hix sostenibili l-allegazzjoni illi, meta l-kaz jigi gudikat mill-Qorti Inferjuri fuq ordni ta' l-Attorney General, mhix applikabilil-piena tas-sospensjoni tal-licenza tas-sewqan. Il-minimum tal-perijodu tas-sospensjoni tal-licenza tas-sewqan komminata ghal dina l-kontravvenzjoni huwa ta' sena, jekk il-Qorti, ghal xi raguni specjali, ma jidhrilhiex li ghandha tordna diversament. Imma l-pont ta' dawn ir-ragunijiet specjali huwa pont kontrovers hafna. Mhux "special reason", fil-kaz ta' min jixtri karrozza assikurata f'isem il-venditur, il-fatt li, meta huwa talab it-transfer tal-licenza tal-karrozza fuq ismu; il-Pulizija ma rrikjeditx minn ghandu, kif imissha ghamlet, ic-certifikat tas-sigurta'. Kif lanqas huwa "specialreason" il-fatt allegat illi s-sospensjoni tal-licenza ghal driver ta' karrozza ttellef lil dak id-driver l-ghixien tieghu u tal-familja tieghu. Lanqas ma hija "special reason" il-kredenza illi l-polza f'isem il-venditur tkopri anki lix-xerrej sakemm tkun ghadha ma skadietx. Ghalkemm il-massima "injorantia juris neminem excusat" f'xi kaz ma gietx applikata, fejn kien kaz ta' pont oskur tal-ligi, l-injoranza tal-ligi jew l-izball iridu jkunu invincibili; u mhux invincibili zball simili tad-driver, meta huwa seta' facilment javvicina lill-egent tal-kumpannija tas-sigurta', u dan kien malajr jghidlu li l-polza f'isem il-venditur ma kienetx tkopri lilu. Imma c-cirkustanza li l-kumpannija tas-sigurta' tiddikjara illi, kieku nqala' xi "claim", il-kumpannija kienet thallas il-hasara l-istess,avvolja d-driver ikun saq il-karrozza bil-polza f'isem min bieghlu dik il-karrozza, tista' sservi ta' raguni specjali biex il-Qorti tnehhi, jew timmitiga, il-perijodu tas-sospensjoni tal-licenza tas-sewqan; bhal ma ghamlet f'dan il-kaz.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info