Referenza: Volum 36D (1952), Parti Nru. 3, Taqsima , Paġna 599

Dettalji tas-Sentenza


Data
15/01/1952
Qorti
OF COMMERCE
Ġudikatura
HARDING WILLIAM
Partijiet
ANTONIO BUTTIGIEG vs SALVATORE SAID
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DEKORRENZA - DEPOZITU - IMGHAX - KREDITU ILLIKWIDU
Fil-Qosor
Il-massima li l-imgahx ma jiddekorrix sakemm il-kreditu dovut ma jkunx likwidu hija wisq assoluta; ujista` jkun hemm kazijiet fejn din il-massima, avvolja l-kreditu jkun illikwidu, ma tistax tirvcievi applikazzjoni; per ezempju, meta l-likwidazzjoni tal-kreditu ma tkunx saret minhabba htija tad-debitur. Jekk fic-citazzjoni jintalab il-hlas ta` somma determinata bl-imghax minn certa data specifikata fl-istess citazzjoni, u l-Qorti tiddecidi billi tilqa` t-talba kif dedotta, imma ghal somma izghar minn dik mitluba, minghajr ma tghid xejn dwar l-imghax, ghandu jiftiehem illi l-imghax huwa dovutmid-data specifikata fic-citazzjoni, umhux mid-data tas-sentenza, biss fuq is-somma kif ridotta bl-istess sentenza. Meta l-kreditu jkun cert, u l-kwistjoni tkun biss fuq il-"quantum", u d-debitur jista` jkun jaf approssivament kemm jilhaq id-debitu tieghu, id-debitur jista` jiddepozita somma approssimativa, salva reintegrazzjoni, biex, minflok li d-debitur jibqa` jgawdi huwa ngustamnet l-imghaxfuq is-somma dovuta lill-kreditur, jahgti li dana l-opportunita` li jizbanka dak l-ammont, bla pregudizzju, u jgawdi huwa l-itneressi fuq flusu stess. Jekk id-debitur ma jaghmelx depozitu simili, ikun kaz iehor fejn il-massima fuq imsemmija dwar id-dekorrenza ta` l-imgahx m a ghandhiex tkun applikabili.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni