Referenza: Volum 32C (1946), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 199

Dettalji tas-Sentenza


Data
07/02/1946
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
HARDING WILLIAM
Partijiet
RENATO ELLUL ET. vs ANTONIO ELLUL ET.(REVOKATA FL-APPELL B'SENTENZA TAL-1 TA' LULJU 1946 (PUBLIKATA)
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
"CONVERSIO ACTUS JURIDICI" - ALEA - ANNULLABILITA` - ART. 1868 TAL-KODICI CIVILI, U ART. 5 U 7 (1) (A) TAL-KAP. 70 - DONAZZJONI - NULLITA' - SETTWAGENARJU - TAXXA TAS-SUCCESSJONI U DONAZZJONI - VITALIZJU
Fil-Qosor
Huma mehlusa mit-taxxa tas-successjoni u donazzjoni dawk it-trasferimenti imponibili li jkunu gew dikjarati nulli jew bla effikacja b'sentenza pronunzjata in kontradattorja bejn il-partijiet interessati, u li tkun saret gudikat, minhabba vizzju radikali illi jgib in-nullita' jew ineffikacja tat-trasferiment sa mill-origini tieghu, indipendentement mill-volonta' u l-kunsens tal-partijiet. Kuntrattta' kostituzzjoni ta' vitalizja li jkun fih sproporzjon tal-valur bejn il-beni assenjati u l-vitalizju, meta ma hux simulat, huwa nieqes mill-alea, u ghalhekk bhala vitalizju dak il-kuntratt ma jiswiex; imma l-fatt li ma hemmx alea ma jgibx ghan-nullita' ta; l-att, ghax dak il-kuntratt jibqa' fih il-figura guridika tad-donazzjoni b'effett ta' dak li jissejjah "conversio actus juridici". Ghaldaqstant ghall-eccedenza li tikkostitwixxi l-liberalita' dak it-trasferiment huwa imponibili. Is-settwagenarju ma jistax minghajr awtorizzazzjoni tal-Qorti, jaghmel donazzjoni li teccedi £50; imma din id-donazzjoni ma hix nulla "di pieno diritto"; izda hemm biss nullita' relativa ghas-settwagenarju, ossija annullabilita' li ggib id-dritt ghar-rexissjoni esperibili mis-settwagenarju jew mill-eredi tieghu. Ghalhekk dik id-donazzjoni ma hix nulla radikalment, u hija imponibili skond id-dispozizzjonijiet tal-Kapitolu 70.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni