Referenza: Volum 38B (1954), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 429

Dettalji tas-Sentenza


Data
01/02/1954
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
CARUANA COLOMBO VICTOR J.
Partijiet
CARMELO GALEA ET vs EDGAR PRECA ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 365 U 366 TAL-KODICI CIVILI - BENI KONSUMABILI - KWAZI-UZUFRUTT - UZUFRUTT
Fil-Qosor
L-uzufrutt huwa l-jedd reali li wiehed igawdi l-hwejjeg li taghhom hadd iehor ghandu l-proprjeta, bl-obligu li jzomm is-sustanzi taghhom sew fil-materjal kemm fil-ghamla; u jista` jigi kostitwit fuq kwalunkwe speci ta` beni. Imma skond ir-rigu tal-prinicpji ghandhom jigu eccettwati l-beni komsumabili; ghax l-uzuzfruttwarju ghandu jikkonserva s-sustanza tal-haga biex jirrestitwiha lill-proprjetarju meta jispicca l-uzufrutt, uhuwa impossibli li wihed igawdi dawn il-beni, billi jikkonserva s-sustanza taghhom, meta dawn il-beni ma jistghux jigu gawduti mingahjr ma jigu konsumati. Imma l-ligi tirrikonoxxi ukoll il-Kwazi-Uzufrutt, billi tiddisponi illi jekk fl-uzufrutt ikun hemm hwejjeg li wiehed ma jsitax jinqeda bihom minghajr ma jikkonsumahom, huwa ghandu l-jedd jinqeda bihom, bl-obligu lijhallas kemm jiswew fuq stima li ssir taghhom fil-bidu ta` l-uzufrutt; u fin-nuqqas ta` din l-sitima, huwa jista` jaghzel, jew li jrodd hwejjeg fl-istess kwantita` u ta` l-istess kwalita`, inkella lijhallas is-siwi taghhom bil-prezz li jkun miexi fiz-zmien lijispicca l-uzufrutt. Dan il-kwazi-uzufrutt japplika, bla dubju, ghal dawk l-oggetti li huma fungibili u konsumabili; u mhux ukoll ghal dawkli huwa fungibili u fl-istess hin inkonsumabili. Ima japplika wkoll ghall-oggetti fungibili u perse inkonsumabili, meta (1) jew wiehed ma jistax jaghmel uzu minnhom minghajr ma jiddisponi minnhom,u (2) meta, skond l-intenzjoni ta` min ihalli oggetti simili b'uzufrutt, ikun irid jew jista` jigi dispost minnhom mill-uzufruttwarju.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni