Reference: Volume 41E (1957), Part No. 2, Section , Page 959

Judgement Details


Date
30/03/1957
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MAGRI ALBERT J.
Parties
ALFREDO SPITERI ET. vs ONOREVOLI AGATA BARBARA NE. ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 1623 TAL-KODICI CIVILI - KERA - LOKAZZJONI - SPEJJEZ GUDIZZJARJI
Summary
Il-ligi tiddisponi illi, meta l-kuntratt tal-kera jkun ga beda miexi, il-kera, fin-nuqqas ta' ftehimespress, jew ta' ligi li tistabbilixxi s-somma tal-kera, ghandu jitqies fuq il-prezz korrenti, jekkikun hemm, jew, jekk ma jkunx hemm, fuq stima ta' periti. Ghaldaqstant, ladarba l-kera ma jkunx gie fissat minn qabel, u ma jidherx li dan il-kera jinsab preventivament fissat mill-ligi, il-kera ghandu jigi fissat per mezz ta' periti maghzulin miz-zewg partijiet jew ta' fiducja taghhom. Xejn ma jiswa li l-kera jkun ga gie fissat minn perit "ex parte" mqabbad mill-inkwilin; kif lanqas ma jista'l-inkwilin jippretendi li l-lokatur seta' jirrikorri quddiem il-Board tal-Kera ghall-fissazzjoni ta'dak il-kera, ghaliex il-ligi ma timponix din il-procedura. F'kazijiet simili, l-istima tal-perit maghzul miz-zewg partijiet bonarjament tmur fuq l-inkwilin, ghax issir fl-interess tieghu; u l-pozizzjoni guridika ma titbiddelx billi l-istima ssir gudizzjarjament, jekk ma jirrizultax li l-lokatur kien talab kera f'ammont irragjonevoli. Ghax jibqa' dejjem li l-likwidazzjoni gudizzjarja ssir fl-interess tal-inkwilin, billi f'kaz ta' likwidazzjoni dipendenti minn vinkolu kontrattwali precedenti ghandu jigi ricerkat mhux fl-interess ta' min issir il-likwidazzjoni, imma fl-interess ta' min inholoqir-rapport li rrenda necessarja dik il-likwidazzjoni. Ghaldaqstant, l-ispejjez tal-gudizzju tal-likwidazzjoni ghandu jbatihom l-inkwilin, anki jekk il-kera jigi likwidat gudizzjarjament fl-ammont offert mill-inkwilin, jekk ic-cirkustanzi juru li l-lokatur kien gustifikat jahseb li l-kera lilu offert kien baxx, u ghalhekk huwa ma kienx kawza ingusta tal-gudizzju tal-likwidazzjoni.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info