Reference: Volume 42B (1958), Part No. 1, Section , Page 587

Judgement Details


Date
24/11/1958
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
MAMO ANTHONY J., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
ALICE AMATO NE. vs VIVIAN B. DE GRAY, M.V.O., M.B.E. NE ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
"GEORGE CROSS" - CITAZZJONI - ELEVAZZJONI - KAWZALI - KONFISKA - LIBERAZZJONI AB OBSERVANTIA - PULIZIJA EZEKUTTIVA
Summary
Il-Qorti ghandha toqghod ghat-termini tal-kawzali u tat-talba kif migjuba fic-citazzjoni; u t-termini wzati f'atti gudizzjarji formali, bhal ma hu l-att tac-citazzjoni, gahndhom jittiehdu u jittiehdubiss fis-sens tal-lingwagg popolari ta' nies profani ghall-ligi. Xort'ohra, il-konsegwenzi jkunu kaotici. Issa. il-kelma "konfiska" u "qbid" jew "elevazzjoni", ma humiex ekwipollenti; ghax il-kelma "konfiska" timplika att definittiv tal-Awtorita' Statali li bih is-sid tal-haga jigi spossessat definittivament minn dik il-haga, li tidhol fil-pussess definittiv tal-Istat' mentri l-qbid, jew elevazzjoni, mhuwiex hlief l-att preparatorju, li jista' jkun preordinat ghall-konfiska jew ghal semplici prova, jew skop iehor temporaneu. Ordinarjament, il-konfiska hija l-konsegwenza ta' kundanna u piena komminata bis-sahha tal-ligi minn Qorti kompetenti; din tista' biss tigi wara procediment gudizzjarju;u sakemm dan ma jispiccax, konfiska ma hemmx. Ghaldaqstant, jek il-Pulizija Ezekuttiva televa xi oggetti biex tisserva bihom bhala prova fi procediment kriminali dwar reat li hu pretiz li sar per mezz ta' dawk l-oggetti, dik l-elevazzjoni mhix konfiska, sakemm ma jsirx dak il-procediment, u sakemmbhala konsegwenza ma tkunx giet ordnata l-konfiska ta' dawk l-oggetti; u kwindi, domanda biex dik il-konfiska tigi dikjarata arbitrarja u illegali mhix gustifikata, jekk il-Qorti ma tkunx iddikjarat dik il-konfiska, ghax id-domanda hi bazata fuq il-konfiska meta konfiska ma hemmx. U f'kaz ta' domanda simili, il-konvenut ma ghandux jigi biss liberat mill-osservanza tal-gudizzja, imma gahndu jigi liberat mit-talba. Fil-kaz prezenti, il-Pulizija kienet elevat kwantita' ta' envelopes stampati mid-ditta attrici bl-arma tal-"George Cross", u dan biex taghmel uzu minnhom ghall-finijiet ta' kawza li hija tiedet taghmel kontra d-ditta attici fuq il-pretiza li dik id-ditta, bl-istampar ta' dawk l-envelopes, kienet kisret ebda dispozizzjoni tal-imsemmija ligi u li l-konfiska a' dawk l-envelopes kienet arbitrarja, illegali, u "ultra vires"; u l-qorti qatghet billi lliberat il-Pulizija konvenuta mid-domanda b'applikazzjoni tal-principji fuq esposti.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info