Referenza: Volum 34C (1952), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 438

Dettalji tas-Sentenza


Data
19/05/1952
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
CARUANA COLOMBO VICTOR J.
Partijiet
IL-QORTI vs CARMELO FORMOSA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ALIMENTI - DOMICILJU - NULLITA' - PATERNITA' ILLEGITTIMA - TFAL - ZWIEG
Fil-Qosor
Biex jista` jinghad li persuna biddlet id-domicilju ta` l-origini taghha mhux bizzejjed il-qaghad twil f'pajjiz barrani ghal motivi ta` kummerc jew ta` xoghol, anki jekk tkun hadet maghha l-familja; imma jehtieg li jirrizulta bi provi precizi u konkludenti li hija ma kellhiex ebda intenzjoni li tirritorna. Il-ligi li tiggoverna l-forma tac-celebrazzjoni taz-zwieg ta` malta domilciljat f'Malta hija l-Ligi Kanonika; u ghalhekk mhux validu ebda zwieg teighu celebrat fi kwalunkwe forma ohra li mhixdik tabbilita mil-Ligi Knonika. Ghaldaqstant l-Ordni ta` Qorti Ignliza li biha dak il-malta gie kundannat ihallas l-alimenti lill-mara li huwa zzewweg fl-Ingilterra mhux bil-forma preskritta mil-Ligi Kanonika ma ghandux jigi konfermat mill-Qrati Taghna, minhabba li hemm in-nullita` taz-zwieg. Ukoll, it-tfal li jitwieldu minn dak iz-zwieg ghandhom jigu kunsidrati bhala tfal illegittimi. Imma bhala tfal illegittimi huma ghandhom id-dritt li jitolbu l-manteniment minn ghand missierhom, ghalkemmtaht certi kondizzjonijeit, jekk huwa jirrikonoxxi li huma wliedu. Dak ir-rikonoxximent, biex ikunvalidu, irid ikun maghmul biss, jew fl-att ta-ttwelid, jew fl-att iehor publiku; ukwalunkwe rikonoxximent iehor maghmul xort'ohra ma jiswiex ghall-finijiet tal-manteniment. Bhala konsegwenza ta` dan ir-rikonoxximent huwa obligat li jmanti u jeduka skond il-kondizzjoni ta` l-omm, fil-kaz ta` bzonn, u sakemm ma jkollux lil martu jew dixxendenti li jistghu jaghtuh dak il-manteniment, u sakemm l-istess tifel ma jirrifjutax, minghajr raguni tajba, li joqghod ghat-tregija ta` missieru ghal dak li hu mgieba u edukazzjoni, jew ma jkunx irid joqghod fid-dar li huwa ghazillu, u sakemm ma jkunx hemm xi raguni ohra ghaliha huwa jista` jichadlu l-manteniment skond il-ligi.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni