Reference: Volume 39D (1955), Part No. 3, Section , Page 822

Judgement Details


Date
13/01/1955
Court
OF COMMERCE
Judiciary
GOUDER TANCRED
Parties
EMMANUELE CASSAR vs SILVIO MIFSUD NE.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
BASTIMENT - KAPTAN - MANDAT - RAKKOMANDATARJU - RAPPREZENTANZA GUDIZZJARJA
Summary
Rapprezentanza gudizzjarja tal-proprjetarji u armaturi ta' bastiment hija fil-fatt diviza bejn il-kaptan u r-rakkomandatarju. Il-kaptan jipprovdi ghall-funzjoni teknika, jigifieri ghall-govern tal-bastiment; ir-rakkomandatarju hu prepost ghall-funzjoni ekonomika, jigifieri ghall-ezekuzzjoni tal-kuntratt tat-trasport. Ir-rakkomandatarji huma ta' tliet xorta:-1. Is-semplici konsenjatarji, jew agentital-vapur, li jigu maghzulin kull darba li l-bastiment imur fil-post fejn joqghod il-konsenjatarju,fejn ma jkunx hemm rakkonandatarju stabili; u l-fakoltajiet taghom huma limitati ghall-operazzjonijiet realttivi ghall-karikament u ....ta' bastiment wiehed determinat, f'post wiehed; 2. ir-rakkomandatarji, li huma dawk li jirrapprezentaw lill-...b'mandat generali, ghal dak li jirrigwarda l-ezekuzzjoni ekonomika u kummercjali tal-kuntratt tat-trasport, li jestendi ruhu ghall-opreazzjonijiet kollha kemm huma relattivi ghall-bastimenti kollha tal-armaturi; 3. ir-rapprezentanti jew agenti tas-socjetajiet ta' navigazzjoni, li huma instituri veri u propriji, ghax jittrattaw u jikkonkuldu abitralment l-affarijiet kollha tas-socjeta' li jirrapprezentaw fil-post fejn joqghod, u f'dak il-post huma preposti ghall-kummerc kollu li fl-istess port jigi ezercitat mis-socjeta' mandanti. Ghar-rigward tal-agenti ta' socjetajiet ta' navigazzjoni, kif ukoll ghar-rigward tar-rakkomandatarji, ma hemmx dubluli huma jirrapprezentaw l-armatur jew il-proprjetarju anki f'gudizzju, tant "in activis" kemm "in passivisz', ghal dak kollu li jidhol fl-isfera tal-fakoltajiet taghhom kummercjali; kwantu ghall-konsenjatarji, pero', id-dottrina ma hix konkordi jekk ghandhomx din ir-rapprezentanza gudizzjarja. Imma, skond il-ligi taghan, il-mandatarju, anki dak b'mandat specjali, ghandu din ir-rapprezentanza gudizzjarja fl-ezekuzzjoni tal-mandat, meta l-mandant innifsu jkun nieqes mill-Gzira; u l-konsenjatarjughandu l-figura guridika ta' mandatarju okkazjonali b'mandat specjali u limitat. B'mod li l-konsenjatarju ma ghandux din ir-rapprezentanza gudizzjarja tal-armatur jew proprjetarju f'kawzi li l-meritutaghhom jeccedi l-limiti tal-mandat tieghu.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info