Referenza: Volum 39D (1955), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 749

Dettalji tas-Sentenza


Data
25/10/1955
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
CAMILLERI ALBERT V.
Partijiet
ANGIOLINA WELLS vs AVUKAT DR. GIUSEPPE BORG OLIVIER DE PUGET ET NE.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ALIMENTI - ART. 742(A) U 743(G) TAL-KODICI TAL-PROCEDURA CIVILI - EZEKUZZJONI - GURISDIZZJONI - KOMPETENZA - OBLIGAZZJONI - SENTENZA - SEPARAZZJONI PERSONALI
Fil-Qosor
L-eccezzjoni tal-inkompetenza minhabba nuqqas ta' gurisdizzjoni tista' tinghata meta l-kawza ma tkunx ta' gurisdizzjoni tal-Qorti ta' Malta u l-gzejjer li jaghmlu maghha; u, salvi l-kazi fejn il-ligitiddisponi espressament xort'ohra, il-Qorti Civili ta' Malta u l-Gzejjer li jaghmlu maghha, ghandha,minghajr ebda distinzjoni jew privilegg, gurisdizzjoni biex tisma u tiddecidi l-kawzi kollha li jirrigwardaw, fost ohrajn, kull persuna ghal kull obligazzjoni li tkun ikkuntrattat ma' sudditu tal-Maesta' Taghha r-Regina, meta s-sentenza tkun tistra' tigi ezegwita f'dawn il-Gzejjer. It-terminu "obligazzjoni" fil-materja mhuwiex ta' natura restrittiva u limitattiva, imma jaddatta ruhu rant ghall-obligazzjonijiet li jitnisslu mill-ligi (bhal ma huma l-alimenti), kif ukoll ghal dawk naxxenti minn kuntratt, delitt jew kwazi-delitt, bla ebda distinzjoni. Ghaldaqstant, il-Qorti Taghna ghandhom gurisdizzjoni jiehdu konjizzjoni ta' kawza ta' separazzjoni personali ta' mara li hija suddita tal-Maesta' Taghha r-Regina kontra zewgha li hu assenti u domiciljat f'pajjiz iehor, u ghall-eventwali kundanna tieghu biex ihallasha l-alimenti. Purke', pero', is-sentenza tkun tista' tigi ezegwita f'dawn il-Gzejjer. Imma biex is-sentenza tkun tista' tigi hekk ezegwita, jehtieg li l-persuna azzjonata, li tkun assenti, ikollha, fil-bidu tal-kawza, beni jew sustanzi f'dawn il-Gzejjer li fuqhom il-gudikat jista' jigi ezegwit, totalment jew parzjalment; u mhix sufficjenti kwalunkwe forma ohra ta' ezekuzzjoni biex tirradika l-gurisdizzjoni tal-Qrati Taghna; u kwindi lanqas hu bizzejed il-fatt li s-sentenzatas-separazzjoni personali tkun tista' tigi inskritta fir-Registru Publiku.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni