Referenza: Volum 39C (1955), Parti Nru. 1, Taqsima , Paġna 461

Dettalji tas-Sentenza


Data
12/02/1955
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
HARDING WILLIAM
Partijiet
ANGELO BUSUTTIL vs JOSEPH LOWELL
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
APPELL - ART. 226 TAL-PROCEDURA CIVILI - SPEJJEZ GUDIZZJARJI - VALUR APPELLABILI
Fil-Qosor
Ma hemmx appell mis-sentenzi tal-Qorti Civili tal-Magistrati meta l-valur tal-pretensjoni ma jiskorrix Lm5, ammenokke' l-kawza ma tkunx fuq kwistjoni dwar punt ta' dritt maqtugh bis-sentenza li minnhahemm l-appell. Biex is-sentenza tkun appellabbli fuq kwistjoni ta' dritt biss, jehtieg li dik il-kwistjoni tkun "iffurmat kontroversja" quddiem l-Ewwel Qorti bejn il-partijiet, u tkun "deciza mill-Qorti" "a quo"; u mhux bizzejjed li tigi sollevata kwistjoni ta' dritt "ex novo" fl-appell. U s-semplici applikazzjoni tal-ligi ghall-fatt ma hux affattu dak li trid il-ligi meta tghid li ghandu jkun hemm kwistjoni ta' dritt deciza mill-Ewwel Qorti. Ghad li ma tigix moghtija l-eccezzjoni ta' l-imappellailita', il-Qorti ghandha mhux biss id-dritt, imma d-dmir, li tirrilevaha "ex officio"; ghax dan huprincipju ta' ordni publiku, u l-Qorti ma tistax tassumi gurisdizzjoni li ma ghandhiex. Jekk ma jkunx appellabbli l-meritu, ma jistax ikun ammess appell fuq il-kap ta' l-ispejjez.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni