Reference: Volume 41B (1957), Part No. 1, Section , Page 298

Judgement Details


Date
02/05/1957
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
PROFESSUR ANTHONY J. MAMO, O.B.E. NE vs NOBBLI CHARLES SANT FOURNIER NE.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
"PRESTANOME" - ART. 1042(1) U 1973 TAL-KODICI CIVILI - ART. 57(1) TAL-KAP. 68 - DIKJARAZZJONI - MANDAT - TAXXA TAL-BOLL - TRASFERIMENT U ASSENJAZZJONI TA' IMMOBILI
Summary
Il-mandatarju prestanom huwa dak li apparentement jezercita drittijiet ta' proprjetarja, mentri fir-realta' huwa semplicement mandatarju. Meta huwa, f'din il-kwalita' ta' mandatarju prestanom, jakkwista l-proprjeta' tal-haga immobili, ikun hemm att publiku li bih tigi lilu trasferita l-proprjeta' tal-haga u konvenzjoni sigrieta fis-sens li huwa, pretiz akkwirent, mhux hlief mandatarju. Ghar-rigward tat-terzi jibqa' l-principju illi, rispett ghal dawn, il-konvenjenzjonijiet sigrieti, li jidderogaw ghall-konvenzjoni palezi, ma jipproducu l-ebda effett. Imma bejn il-mandant u l-mandatarju prestanom il-konvenzjoni vera tipprevalixxi ghall-konvenzjoni apparenti, u d-drittijiet u l-obligi tal-mandatarju prestanom jigu rett mill-ligi tal-mandati;u l-hwejjeg minnu akkwistatt jappartjenu kwindilill-mandant. Fil-kaz li wiehed jersaq fuq att notarili u jakkwista b'ismu biss proprjeta' immobiljari, u wara jsir att iehor bejn dak l-akkwirent u terza persuna fejn jigi dikjarat li, ghalkemm dakl-akkwirent fil-kuntratt precedenti deher f'ismu tieghu proprju, fil-fatt hu kien qieghed jidher fl-interess ta' dik it-terza persuna, u li ghalhekk il-proprjeta' immobiljari minnu akkwistata bl-ewwelkuntratt giet fil-fatt akkwistata minn dik it-terza persuna, dan it-tieni kuntratt ma jimpurtax trasferiment ta' dik il-proprjeta' favur dik it-terza persuna; ghax dik il-proprjeta', fir-rapporti interni bejn l-akkwirent u t-terza persuna, ghaddiet f'dik it-terza persuna bis-sahha tal-ewwel kuntratt. Imma, mill-banda l-ohra, dak it-tieni kuntratt jimporta assenjazzjoni ta' dik il-proprjeta' favur dik it-terza persuna; ghaliex it-tieni kuntratt jiddetermina u jiddimostra illi l-proprjeta' mhixta' l-akkwirent li deher wahdu fuq l-ewwel kuntratt, imma tat-terza persuna; jigifieri illi bit-tieni kuntratt it-terza persuna tigi lilha attribwita' jew assenjata l-proprjeta' akkwistata bl-ewwel kuntratt, u dik it-terza persuna takkwista t-titolu ghal dik il-proprjeta' quddiem kullhadd. Dan it-tieni kuntratt, bhala att ta' assenjazzjoni, huwa kompriz mal-atti li l-Ligi tal-Boll tassoggetta ghat-taxxa tal-boll "ad valorem"; u kwindi dak it-tieni kuntratt ghandu jigi bollat "ad valorem", u mhux bhala att ta' semplici dikjarazzjoni.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info