Referenza: Volum 41B (1957), Parti Nru. 1, Taqsima , Paġna 251

Dettalji tas-Sentenza


Data
29/03/1957
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM, CAMILLERI LUIGI A.
Partijiet
SALVATORE GRAVINO vs CARMELO SPITERI NE.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
"AREA" - ART. 360 U 464 TAL-KAP. 23 - BEJT - HAJT - OPRAMORTA - PROVA - TARAG
Fil-Qosor
Il-ligi tipprezumi illi min ghadu l-proprjeta' tal-art ghandu wkoll dik tal-area ta' fuqha u ta' dakkollu li jinsab fuq jew taht il-wicc tal-art. Imma din hija prezunzjoni "juris tantum", u ghalhekktammetti prova kuntrarja, u kwindi jista' jkun illi l-uzu tal-bejt ikun ta' hadd iehor, u mhux necessarjament ta' sid il-kamra li tigi taht il-bejt. Hu konoxxut li fil-kampanja ta' spiss l-access ghall-bejt ma hux dejjem b'tarag regolari komodu; u hija gurisprudenza nostrali, f'materja ta' opramorta, li mhux assolutament necessarju, ghal dak li hu obligu tal-girien li jobligaw lil xulxin ghal nofs l-ispiza, tal-bini tal-opramorta, li jkun hemm access ghall-bejt b'tarag, imma dan l-access jista' jkun b'xi mezz iehor. Jekk il-hajt li jrid jinbena biex issir l-opramorta kien gie mnehhi arbitrarjament minn wiehed mis-sidien tal-fondi kontigwi, l-ispiza biex dak il-hajt jigi ripristinat "in statu quo ante" ghandu jbatiha dak li nehha l-hajt, u mhux iz-zewg sidien kontigwi. Hemm distinzjonibejn il-proprjeta' tal-arja ta' fuq il-bejt u s-servitu' tal-uzu tal-bejt; u ghalhekk, il-fatt li s-sid ta' wiehed mill-fondi kontigwi jigi kundannat jerga jibni l-hajt tal-opramorta fl-istat li kienqabel ma jippregudikax il-kwistjoni tal-proprjeta' tal-arja tal-bejt, imma jistabbilixxi biss li s-sid tal-fond l-iehor ghandu l-uzu tal-bejt, u li ghalhekk ghandu d-dritt illi jkun hemm il-hajt tal-opramorta.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni