Referenza: Volum 43D (1959), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 831

Dettalji tas-Sentenza


Data
14/12/1959
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MAGRI ALBERT J.
Partijiet
GEORGE VELLA vs VINCENZO SCERRI
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
BZONNIJIET TAD-DAR - MANDAT
Fil-Qosor
Ir-ragel hu responsabbli ghad-dejn li taghmel martu fl-akkwist tal-bzonnijiet tad-dar. Il-fatt li r-ragel ikun jaghti lill-martu l-flus ghall-hajja u ghall-bzonnijiet tad-dar, biex taghmel bihom li trid, juri li hu halla f'idejn martu l-ekonomija domestika; mhux biss ghal dawk li huma bzonnijiet ordinarji u ta' kulljum, izda ghall-bzonnijiet l-ohra kollha li l-ekonomija tad-dar tirrikjedi; b'modli jista' jinghad li l-mara ghandha l-mandat, jekk mhux espress, almenu tacitu, li tahseb ghall-bzonnijiet kollha, anki jekk mhux strettament ordinarji u ta' kulljum. Liema mandat hu rikonoxxut mill-gurisprudenza taghna. U jekk ir-ragel qatt ma jkun iddizapprova x-xiri li kienet taghmel martu, u qatt ma ddiffida lit-terzi dawn dan ix-xiri, it-terzi huma in bwona fede, u r-ragel ma jistax jirrifjuta li jhallas id-djun ta' martu fuq il-pretest li hu kien jaghtiha l-paga kollha, li kienet bizzejjed ghall-bzonnijiet tal-familja. Dan, it-terz ma ghandux jarah, billi hu qatt ma gie kostitwit in mala fede.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni