Referenza: Volum 82 (1998), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 653

Dettalji tas-Sentenza


Data
05/10/1998
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
SAID PULLICINO JOSEPH, CAMILLERI JOSEPH D., FILLETTI JOSEPH A.
Partijiet
CHARLES MICALLEF vs DIRETTUR TAS-SIGURTA` SOCJALI
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
APPELL MINN DECIZJONI TA` - APPLIKAZZJONI HAZINA TAL-LIGI - ARBITRU - ARTIKOLU 811 (E) TAL-KODICI TA` ORGANIZZAZZJONI U PROCEDURA CIVILI - CHILDREN'S ALLOWANCE - KAP. 318 - RITRATTAZZJONI - SIGURTA` SOCJALI
Fil-Qosor
Talba ghal ritrattazzjoni wara sentenza tal-Qorti ta` l-Appell liddecidiet appell minn decizjoni ta`Arbitru u fejn f'kull stadju gie kkonfermat ilil-appellant ma kienx intitolat ghal Children's allowance. Illi r-rimedju tar-ritrattazzjoni huwa wiehed straordinarju, inkwnatu jikkostitwixxi deroga ghall-principju fondamentali li l-gudikat jikkostitwixxi l-ligi bejn il-kontendenti. Dan ir-riedmju,ghalhekk, jista` jigi nvokat biss f'dawk il-kazijiet espressament elenkati, u dan b'mod tassattiv,fil-ligi. Minbarra dan, id-dispozizzjonijiet relattivi ghandhom jigu ntepretari ristrettivament. Fi kliem iehor ma jistax jigi permess li taht il-prestest ta` ritrattazzjoni, il-litigant sokkombentijkun jista` jerga` jiftah il-meritu tal-kawza, ghax b'daqstant ikun qieghed jinholoq tribunal tat-tielet istanza, haga mhix permessa. Il-Qorti ta` l-Appell iccitat b'approvazzjoni l-orjentament u prassi taghha in precedenza dwar il-punt: illi biex jigi deciz jekk kienx hemm applikazzjoni hazinatal-ligi, il-fatti tal-kawza ma jistghux jigu ezaminati mill-gdid. Lanqas jistghu jigu vvalutati jew interpretati fis-sentenza attakkata. Ikun hemm lok ghal ritrattazzjoni fuq dan il-motiv jekk, fuqdawn il-fatti kif jirrizultaw ippruvati, ikun jidher li l-Qorti applikat disposizzjoni tal-ligi flok dispozizzjoni ohra li kellha proprjament tigi applikat. jekk jirrizulta li s-sentenza mpunjata tkun applikat il-ligi korretta ghall-fatti tal-kaz, xorta wahda ma hemmx lok ghar-ritrattazzjoni fuq il-motiv tas-subinciz (e) nonostante li l-interpretazzjoni moghtija mill-Qorti illi dik il-ligi tkunskoretta. Biex ikun hemm lok ghal ritrattazzjoni fuq dan il-motiv, irid jintwera li l-Qorti, fis-sentenza mpunjata, applikat il-ligi hazina ghall-kaz, u mhux li applikat il-ligi tajba b'mod hazin.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni