Referenza: Volum 33F (1947), Parti Nru. 4, Taqsima , Paġna 637

Dettalji tas-Sentenza


Data
15/12/1947
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
HARDING WILLIAM
Partijiet
IL-PULIZIJA vs GEORGE VIGO
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
INGERENZA INDEBITA' FID-DMIRIJIET TAL-PULIZIJA - KONTRAVVENZJONI
Fil-Qosor
Meta l-Pulizija tigi biex twarrab folla li tkun qieghda teccedi fid-diportament taghha, ma tistax matuzax certu grad ta' forza li tkun bil-fors mehtiega biex tirreprima l-ghemil ta' dik il-folla. Jista' jaghti l-kaz illi f'din l-azzjoni repressiva taghha l-Pulizija ma tkunx qieghda teccedi, fil-waqt li l-aspett ta' l-incident ikun tali li jiggustifika lill-astanti jahsbu li kien hemm dik l-eccedenza da parti tal-Pulizija. U jekk xi hadd minn dawk l-astanti, f'dawk ic-cirkustanzi jaghmel xi esklamazzjoni ta' protesta b'intenzjoni tajba, u f'waqt li hu in bwona fede kien jahseb li l-Pulizijakienet qieghda teciedi fil-mod taghha ta' kontroll tal-folla, avvolja fil-fatt ma jkunx hemm, ma jkunx hemm da parti ta' dak ix xi hadd il-kontravvenzjoni ta' ingerenza indebita fid-dmirijiet tal-Pulizija. Ghax avvolja fil-kontravvenzjonijiet hija bizzejjed, kwantu ghall-element psikiku, il-volontarjeta' tal-fatt, eppure din il-volontarjeta' tista tigi eskluza bil-bwona fede jew bwona intenzjoniskuzabili. Barra minn dan, mhux kull ingerenza fid-doveri tal-Pulizija hija bizzejjed biex tikkostitwixxi din il-kontravvenzjoni, imma hemm bzonn li dik l-ingerenza ikollha t-tendenza li tiffrustra l-azzjoni tal-Pulizija.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni