Referenza: Volum 45B (1961), Parti Nru. 1, Taqsima , Paġna 353

Dettalji tas-Sentenza


Data
10/11/1961
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
GOUDER TANCRED, MAMO ANTHONY J., MONTANARO GAUCI A.J.
Partijiet
AVUKAT DR. ANTONIO CARUANA vs GIUSEPPE FENECH
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ATTI EZEKUTTIVI - EZEKUZZJONI TA' SENTENZA - PROCEDURA - REVOKA
Fil-Qosor
Huwa veru illi, bhala principju, att ezekuttiv ma jeskludix atti ezekuttivi ohra, b'mod illi l-kreditur ghandu dritt jezegwixxi t-titolu tieghu bil-mezzi kollha moghtija mill-ligi; izda kull kaz ghandu l-fattezzi partikulari tieghu. Non ostante illi att ezekuttiv ma jezawrixxix att iehor, u l-attiezekuttivi jistghu jigu kumulati, f'kull kaz il-kwistjoni hi dejjem jekk l-ezekuzzjoni ulterjuri b'atti ohra hijiex necessarja jew utili ghall-interess tal-kreditur biex jottjeni l-hlas tal-kreditu tieghu kollu. U mhux ghax bhala principju l-attijiet ta' ezekuzzjoni jistghu jigu kumulati, ergo f'kull kaz, huma x'inhuma c-cirkustanzi, il-kreditur jista' jaghmel jew ikompli jaghmel atti ta' ezekuzzjoni, ankorke' ma jkunux necessarji jew utili. Hekk, f'dan il-kaz, il-kreditur, bhala effett ta' mandat ta' sekwestru, kien ikkaguna li s-sekwestratarji jiddepozitaw taht l-awtorita' tal-Qorti diversi ammonti tal-allegat debitur, li kollha flimkien kienu bizzejjed biex jithallas il-kreditu kollu tieghu; u ma kienx hemm xkiel biex huwa jirtira dawk il-flus, u ma kienx hemm hadd iehor li jippretendi dawk il-flus jew parti minnhom; imma hu ma setghax jizbankahom minhabba oppozizzjni tal-allega debitur. Huwa ottjena l-ispedizzoni ta' mandat iehor ta' sekwestru; u l-Qorti ddikjarat dan it-tienimandat inutili, u fuq talba tad-debitur irrevokatu.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni