Referenza: Volum 39B (1955), Parti Nru. 1, Taqsima , Paġna 221

Dettalji tas-Sentenza


Data
06/06/1955
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
CAMILLERI LUIGI A., HARDING WILLIAM, MONTANARO GAUCI A.J.
Partijiet
MARY GATT vs ONOR. EDGAR CUSCHIERI, C.B.E., NE.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
"FILES"DIPARTIMENTALI - ART. 637(3) TAL-KODICI TAL-PROCEDURA CIVILI - PROVI - XHIEDA KONTRA L-MIKTUB
Fil-Qosor
Ir-regola "contra testimonium scriptum testimonium non scriptum non fertur" ma hix assoluta, ima ssofri eccezzjoni f'certi kazi; u skond il-gurisprudenza l-aktar ricenti, lprincipjui li ghandhom jigusewit f'din il-materja huma dawn: 1. Meta l-ftehim ikun gie inkorporat fi skrittura, ghandu jigiprezunt li dak li riedu xi ftehmu fuqu l-partijiet gie mnizzel f'dik l-skrittura; b'mod li ma jistax ikun lecitu li wiehed mill-kontraenti jinkludi f'dak il-ftehim klawsoli ohra li mill-kitba ma jirrizultawx, jekk ma jkunux klawsoli sekondarji li jkunu qeghdin ifissru jew jiccaraw il-klawsoli principali; 2. provi orali huma ammissibili biex jigu dilucidati xi punti oskuri tal-kitba, jew f'kazi ta' impunjazzjoni ta' dik il-kitba; izda ma humiex ammissibili bie ifissru dak li fih in-nifsu hudiga car; 3. Provi orali kontra l-miktub huma ammissibili meta jigu offerti biex tigi mfissra ahjarl-intenzjon kontraenti u meta dik l-intenzjoni tun giet espressa b'mod ambigwu u oskur, anki meta jrid jigi pruvat xi fatt incidentali jew accessorju li jkun konciljabbli ma' l-att; 4. Ir-regola ta' l-inammissibilita' tal-provi testionjali kontra l-miktub tibqa' ssehh sakemm il-Qorti ma tkunx perswaza illi hemm zball fil-kuntratt, jew li thalla barra xi patt ghal xi raguni specjali. Id-dispozizzjoni tal-ligi li tghid li ma tistax tintalab l-ezibizzjoni ta' ittri, dispacci jew karti ohra, l jiffurmaw parti minn "file" dipartimentali, tapplika anki f'dawk il-kawzi fejn il-Gvern ikun parti.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni