Referenza: Volum 33D (1947), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 97

Dettalji tas-Sentenza


Data
30/08/1947
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
CAMILLERI ALBERT V.
Partijiet
DOLORES AGUIS vs FILIPPO CACHIA ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
"MODUS" - KONDIZZJONI - LEGAT
Fil-Qosor
Hemm differenza kbira bejn il-kawza impellenti ta' dispozizzjoni ttestamentarja u kondizzjoni vera uproprja. Il-Kelma "kondizzjoni" ma tikkwalifikax assolutament id-dispozizzjoni testamentarja u kondizzjoni vera u propria. Il-Kelma "kondizzjoni" ma tikkwalifikax assolutament id-dispozizzjoni fejntkun giet uzata bhala necessarjament kondizzjonali; ghax il-kondizzjonijiet ta' spiss jgu konfuzi mal-kariki u oneri li t-testatur jimponi; b'mod li t-terminu "kondizzjoni" jkun hafna drabi ekwivoku.Ghalhekk, biex tigi stabbilita n-natura guridika tad-dispozizzjoni li tkun in kwistjoni, u cjoe' jekk hix kondizzjonali jew modali, huwa importanti l-ewwelnett li tigi ezaminata d-dispozizzjoni fis-sustanza taghha, u mhux superficjalment, kif ukoll l-istruttura tal-kliem uzati u c-cirkostanzi ta'fatt tal-kaz li jkun. Fil-kaz li bl-interpretazzjoni skond ir-regoli legali ma jkunx possibili liwiehed jasal ghal decizjoni, minhabba d-dubju, jekk id-dispozizzjoni hix kondizzjoni jew "modus" anzikke' favur il-kondizzjoni. Fid-dispozizzjonijiet modali hija ammessa largament kwalunkwe raguni ta' skuza; fis-sens illi jekk il-gratifikat ma jadempix il-modalita ghal xi raguni tajba li ma tiddimostrax dolo jew kolpa, il-gratifikat ma jiddekadix mil-liberalita'.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni