Reference: Volume 81 (1997), Part No. 4, Section , Page 87

Judgement Details


Date
20/01/1997
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT
Parties
IL-PULIZIJA vs CARMELO ABELA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
CITAZZJONI - DIGRIET INTERLOKUTORJU - RIKORS TA' APPELL
Summary
L-espressjoni "digriet interlokutorju" uzata fl-artikolu 415 tal-Kodici Kriminali tinkludi wkoll dawk il-provvedimenti li jistghu jissejhu aktar korrettement sentenzi preliminari u li jidderimu, fosthwejjeg ohra, eccezzjonijiet preliminari bhalma hija l-eccezzjoni tan-nullita' tac-citazzjoni. L-artikolu 415 gie interpretat li jfisser li meta jkun hemm appell mill-meritu tali appell jinkludi ankeappell mid-digrieti interlokutorji kollha precedenti, ghalkemm fir-rikors ta' l-appell ma jkunx hemmappell specifiku minn dawk id-digrieti. Dan ifisser li ghalkemm ma tkunx intalbet specifikatamentir-revoka jew il-varjazzjoni ta' xi wiehed jew aktar minn dawk id-digrieti interlokutorji, l-appellant jista', fir-rikors, iqanqal mill-gdid punt li jkun gie deciz b'xi wiehed jew aktar minn dawk id-digrieti, b'mod ghalhekk li dak it-tqanqil ikun jammonta ghal appell minn dak id-digriet jew dawk id-digrieti. Mill-banda l-ohra, jekk fir-rikors ma jissemma xejn li jirreferi ghal xi punt deciz preliminarjament, ma jistax jinghad li l-appellant ikun qed jappella minn xi digriet interlokutorju. Higurisprudenza ormai pacifika li l-Qorti ta' l-Appell Kriminali ma tistax tiehu konjizzjoni ta' ragunijiet ta' l-appell, ossia ta' aggravji li ma jkunux gew imsemmija fir-rikors ghax altrimenti jigi stultifikat wiehed mill-paragrafi ta' l-artikolu 419 (1) tal-Kodici Kriminali.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info