Reference: Volume 79 (1995), Part No. 1, Section 1, Page 97

Judgement Details


Date
11/04/1995
Court
CONSTITUTIONAL
Judiciary
MIFSUD BONNICI GIUSEPPE, AGIUS CARMEL A., ARRIGO NOEL V.
Parties
ROSE ANNE GALEA vs L-ONOREVOLI PRIM MINISTRU ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
BORD TA' INKJESTA - BORD TA` - DISKRIMINAZZJONI - DIXXIPLINA - GUSTIZZJA NATURALI - IMPJEGAT MAL-GVERN - KUMMSSJONI TAS-SERVIZZ PUBBLIKU - SMIEGH XIERAQ - TRIBUNAL INDIPENDENTI U IMPARZJALI - UFFICJAL PUBBLIKU
Summary
Ir-rikorrent kienet ufficjal pubbliku fl-impjieg tal-Gvern. Wara li kienet nzammet Bord ta` Inkjesta, gie kostitwit Bord ta` Dixxiplina biex jittiehdu proceduri dixxiplkinari kontra r-rikorrenti. Ir-rikorrenti allegat ksur tad-drittijiet taghha fundamentali fis-sen li ma kinitx qeghda tinghata smiegh xieraq u kienet vittma ta` diskriminazjzoni. IL-Pim'Awla tal-Qorti Civili cahdet it-talbiet tar-rikorrenti u din issa appellat quddiem il-Qorti Kostituzzjonali. Il-Qorti Kostituzzjonali kkonfermat. Il-Bord ta` Inkjesta ma huwiex tribunal ghall-finijiet ta` l-esercizzju tad-dritt fudamentali ghal smiegh xieraq meta jkun kosttwit taht l-artikolu 3 tal-Kapitolu 273, billi hawn il-funzjoni tal-Bord hija purament investigattiva. pero` skond l-artikolu 4 ta` l-istess Att dak il-Bord jista jinghata funzjonijiet ohra; f'dan il-kaz inghata wkoll l-inkarigu li jiddeciedi kienx hemm nuqqas da parti ta` l-impjegata. B'dan il-mod il-Bord kellu jigi meqjus bhala tirbunal ghall-fini ta` l-artikolu6 tal-Konvenzjoni Ewropeja. Pero`, biex l-artikolu 6 tal-Konvenzjoni u l-artikolu 39 tal-Kostituzzjoni japplikaw, d-drittijiet u obbligi involuti quddiem il-Bord jridu jkun ta` natura civili jew kriminali. F'dan il-kaz id-decizjoni tal-Bord ta` Inkjesta kienet wahda ta` natura amministrattiva u ghalhekk l-artikoli in kwitjoni ma kinux applikabbli. Il-Qorti rriteniet ukoll li ma kinitx tirizulta diskriminazzjoni ghaliex kien jonqos is-sottostrat ta` fatt necessarju ghal dan. Il-Qorti ddistingwiet id-diskriminazjzoni kif projbita fil-Konvenzjoni minn dik kontemplata fil-Kosituzzjoni. Il-Qorti osservat li n-nuqqas ta` awtorita` pubblika li tiehu passi dixxiplinari kontra xi whud tista` fil-kawzi kongruwi tammonta ghal diskrimnazzjoni. Pero` f'dan il-kaz kien jonqos l-element ta` paragun bejn sitwazzjonijiet realment simili.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info