Reference: Volume 42F (1958), Part No. 4, Section , Page 1526

Judgement Details


Date
29/11/1958
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
HARDING WILLIAM
Parties
AVUKAT DR. JOSEPH DESIRA BUTTIGIEG vs EMMANUELE COSSAI ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
"ANIMUS RETORQUENDI" - "INNUENDO" - APPELL - ART. 427 (4) U 436 TAL-KAP. 12 - DIGRIET - DOKUMENTI - INTERLOKUTORJU - KOMPENSAZZJONI - LIBELL - PROVA - RINUNZJA
Summary
Ghalkemm fir-rikors tal-appell ma jkunx hemm appell specifiku minn digriet li bih il-Qorti t'isfel irrespingiet prova offerta quddiem dik il-Qorti, eppure dak l-appell hu ammissibbli; ghaliex, b'ligi,l-appell fil-meritu jinkludi anki l-appell minn digriet interlokutorju. B'dan kollu, jekk il-provagiet offerta meta l-kawza kienet ga ghas-sentenza, anzi proprju fl-istess jum li fih giet moghtijas-sentenza, ma jistax jinghad li l-prova giet mill-Ewwel Qorti illegalment respinta; ghax it-trattazzjoni kienet konkluza; molto pju' ma jidherx li dik il-prova kienet inaccessibbli sa dak inhar, jewli ma setghetx tigi prokurata qabel. Ghaldaqstant dik il-prova mhix producibbli fl-appell, anki jekk tkun tikkonsisti fl-ezibizzjoni ta' dokument. F'materja ta' libell, verament mhux importanti li wiehed jara x'kellu f'rasu min kiteb artikolu ngurjuz f'gurnal, ghax l-importanti hu li wiehed jara x'jifhem ic-cittadin ordinarju ta' intelligenza normali meta jaqra l-artikolu nkriminat. Imma, mill-banda l-ohra, wiehed ghandu jara jekk l-artikolu nkriminat huwiex verament ingurjuz kif jippretendil-kwerelant. Jekk l-artikolu hu ambigwu, u mhux tali li necessarjament ghandu johrog minnu l-"innuendo" li jrid jirrikava l-kwerelant, ma ghandux jigi ritenut li dak l-"innuedo" rrizulta; u allura wiehed ghandu jara jekk l-artikolu huwiex ingurjuz fil-kumplament tieghu. U jekk jirrizultaw ingurjiohra, dawn jistghu jigu dikjarati eliminati bil-kompensazzjoni, jekk ikun il-kaz, jew bl-"an mus retorquendi". Jekk il-kwerelat kien ga istitwixxa procediment kontra l-kwerelant ghall-ingurja dedottab'kompensazzjoni, u dak il-procediment kien spiccca billi l-kwerelat, issa kwerelant, gie liberat ghax il-kwerelant, issa kwerelat, ma deherx, u ma jidherx li dak in-nuqqas ta' dehra kien dovut ghall-fatt li l-kwerelant, issa kwerelat, ried jirrinunzja ghall-azzjoni, b'daqshekk hu ma jitlefx id-dritt li jiddeduci b'difiza tieghu li hu ma kellux l-intenzjoni li jingurja, imma dik li jirribatti l-ingurja li sofra.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info