Reference: Volume 72 (1988), Part No. 4, Section , Page 843

Judgement Details


Date
14/12/1988
Court
OF COMMERCE
Judiciary
CAMILLERI JOSEPH D.
Parties
RONALD NAUDI NOE vs AVUKAT PROFESSUR DR. JOSEPH M. GANADO NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Summary
Illi in forza ta' l-artikolu 370 ta' l-A numru XI ta' l-1973, il-gurisdizzjoni ta' din il-Qorti ta'ammiraljat hija kristallizzata ghal dak li jirrigwarda poteri u attribuzzjonjet ghall-posizzjoni litohrog mil-legislazzjoni Ingliza relattiva ta' qabel is-sena 1890. Illi kien hemm perijodu fil-gurisprudenza taghna meta kien jigi ritenut illi l-mera presenza tal-bastiment fl-ibhra territorjali taghna kien bizzejjed biex jirradika l-gurisdizzjoni ta' din il-Qorti. Pero' gurisprudenza aktar recenti tinsisti li jrid ikun hemm, oltre l-presenza tal-bastiment u l-arrest tieghu fl-ibhra territorjali, anke "cause of action" li taqa' strettament taht xi wahda mill-kawzi enumerati fil-legislazzjoniIngliza. Biex ikun hemm "actio in rem" irid ikun hemm (a) kreditu li jaqa' taht xi "cause of action" elenkat fl-imsemmija legislazzjoni; (b) l-azzjoni trid titressaq kontra r-"res", cjoe' l-vapur, ghax dan huwa l-konvenut fil-kawza ; (c) il-vapur irid ikun fl-ibhra territorjali ta' Malta u (d) il-vapur irid ikun maqbud jew mizmum milli jitlaq minn Malta sabiex l-eventwali sentenza tkun tista' tigi esegwita fuqu. Fil-kaz li tinghata garanzija in sostituzzjoni tar-"res" , allura din tirrapprezenta r-"res" li tkun tista' tithalla ssiefer minn Malta. Meta l-azzjoni hija wahda "in personam", il-Qorti ghandha tindaga jekk ghandhiex gurisdizzjoni taht il-ligi ordinarja. Il-Kodici ta' Organizzazjoni u Procedura Civili jaghti gurisdizzjoni lill-Qorti tal-kummerc li tisma u tiddeciedi l-kawzili jirrigwardaw kull persuna, ghal kull obbligazzjoni li tkun ikkuntrattat favur cittadin ta' Malta, meta s-sentenza tista' tkun esegwita f'Malta.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info