Reference: 2391/2000/1

Judgement Details


Date
30/05/2002
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
PACE RAYMOND C.
Parties
YORKIE CLOTHING INDUSTRY LTD vs CALLEJA CREMOPNA DR LILIAN
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ATTI GUDIZZJALI, META N-NULLITA` TISTA` TIGI SOLLEVATA EX UFFICIO - MANDAT KAWTELATORJU, AZZJONI GHALL-IMPOSIZZJONI TA` PENALI TISTA` SSIR B`RIKORS - MANDAT KAWTELATORJU, DANNI SUBITI IN KONNESSJONI MA` - MANDAT KAWTELATORJU, DISKREZZJONI TAL-QORTI FL-IMPOSIZZJONI TA` PENALI - MANDAT KAWTELATORJU, META AZZJONI GHALL-IMPOSIZZJONI TA` PENALI TINBEDA B`CITAZZJONI - MANDAT KAWTELATORJU, PENALI - MANDAT KAWTELATORJU, REVOKA TA`
Summary
Il-kazijiet li fihom jista` jintalab li persuna li fuq talba taghha ikun inhareg att kawtelatorju jigi kkundannat ihallas danni jew penali (Artikolu 836 tal-Kap. 12 tal-Ligijiet ta` Malta) ma eliminawx per principju l-azzjoni generali ghad-danni ai termini tal-Artikolu 1031 tal-Kap 16, dejjem fil-kuntest u b'konsegwenza ta' dritt ta' azzjoni, pero' in verita' u fil-prattika tali azzjoni, diretta ghall-hrug ta' mandati kawtelatorji, giet illum kristalizzata bl-istess Artikolu 836 (9). Dan ghaliexl-istess artikolu introdott bil-ligi tal-1995, ikkodifika u applika l-principji elenkati fil-gurisprudenza ta' qabel in materia, dwar l-ezercitazzjoni ta' azzjoni ta' danni wara il-hrug ta' mandatkawtelatorju, u minn ezami tal-istess ragunijiet hekk elenkati, huwa difficli li wiehed jahseb li hemm ragunijiet barra dawk elenkati fl-istess Artikolu 836, fejn l-azzjoni in generali tista' tirnexxi.

Il-principji regolaturi f`azzjoni ghad-danni taht l-Artikolu 836 huma li:

(a) Illihuwa principju fundamentali illi min jezercita dritt li jispetta lilu ma jistax jitqies li f'dan l-ezercizzju ikun responsabbli ghall-hsara li bhala konsegwenza jista' jbaghti haddiehor, in omagg ghall-massima "qui suo iure utitur, non videtur damnum facere", bil-konsegwenza li d-dritt ghar-rikors ghall-protezzjoni tal-Qorti, huwa dritt li l-ezercizzju tieghu mic-cittadin ma ghandhu bl-ebda mod jigi mxekkel.

Illi tali dritt tac-cittadin ghar-rikors lejn il-Qorti ma ghandux jigi abbuzat.

(c) Illi l-fatt li t-talba ta' min ipprovoka l-proceduri tigi michuda mill-Qorti, bl-ebda modma tfisser necessarjament li sar abbuz mid-dritt li tigi adita l-Qorti. Dan ghaliex ghalkemm il-ligi hija l-istess ghal kulhadd, huwa veru ukoll li l-ligi hija soggetta ghall-diversi interprettazjonijiet li l-partijiet jafdaw fil-gudikant biex jinterpreta u jiddeciedi dwarhom.

(d) Illi taliabbuz jigi riskontrat biss f'kazijiet eccezzjonali u dan kwazi dejjem f'kazijiet ta' vessatorjeta'nascenti minn mala fede jew dolo jew almenu negligenza gravament kolpuza, fejn min ikun adixxa lill-Qorti ghall-hrug ta' tali mandat kawtelatorju ikun ibbaza fuq cirkostanzi manifesti li jkunu minghajr ebda fondament fil-fatt u fid-dritt u li l-gudizzju li jippromuovu jirrizulta vessatorju. Apprezzament fallaci tal-fatti li fuqhom tkun ibbazata azzjoni u tal-konsegwenzi guridici derivanti mill-istess fatti m`humiex bizzejjed sabiex talba ghad-danni tigi gustifikata.

(e) Illi dan l-ahharprincipju huwa bbazat fuq il-fatt li l-element ta' vessatorjeta' jimplika abbuz tad-dritt ta' azzjoni gudizzjarja, ghaliex inghad sew illi d-dritt jispicca fejn jibda l-abbuz ghalhekk min jagixxi in mala fede jew minhabba zball grossolan jista` jigi kkundannat ihallas id-danni li jkun ikkaguna.

Illi dan ifisser illi dak li l-Qorti trid tara f'dan l-istadju tal-kawza huwa jekk l-konvenut kellux prima facie bazi guridika li fuqha seta' jagixxi sabiex johrog mandat kawtelatorju, u dan fid-dawl tal-principju li d-dritt per se ghall-azzjoni gudizzjarja ma ghandu bl-ebda mod jigi pregudikat,u wisq inqas id-dritt ta' persuna li tipproteggi l-interess taghha sakemm id-dritt sostantiv jigi finalment determinat mill-istess Qorti. Illi min dan isegwi li anke jekk jigi determinat fil-pozittivli r-rikorrenti kellu dritt jagixxi sabiex jissalvagwardja l-pretensjonijiet tieghu dan ma jfissirxli tali azzjoni ser tirnexxi, ghaliex id-determinazzjoni tal-istess talbiet tispetta biss lil dik il-Qorti li qed tisma' l-mertu tal-kawza u fl-ambitu tal-kawza proprja dwar il-mertu.

Talba ghall-imposizzjoni ta` penali taht l-Artikolu 836(8) ghandha tigi prezentata b`rikors. Madanakollu mahemm l-ebda nullita` jekk minflok l-azzjoni tigi prezentata permezz ta` citazzjoni.

Fejn in-nullita' hija dettata mill-ligi ma hemm xejn x'jimpedixxi lill-Qorti li tqajjem il-punt ta' nullita'ex officio, stante li r-regoli ta' procedura huma ta' ordni pubbliku.

Il-Qorti ghandha diskrezzjoni jekk tikkominax u timponix il-penali indikati fl-istess subartikolu u dan jidher car meta jinghad li l-Qorti "tista tikkundanna" l-hlas ta' penali u din id-diskrezzjoni tiddependi fuq il-fattispecji tal-kaz.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info