Reference: 1580/2000/1

Judgement Details


Date
15/05/2002
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
FARRUGIA SACCO LINO
Parties
GRIMA COMMUNICATIONS CO LTD vs SAID VICTOR
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
APPELL, ZBALL FL-OKKJU TAR-RIKORS TAL-APPELL - TRIBUNAL GHAL TALBIET ZGHAR, DRITT TA` APPELL MINN DECIZJONIJIET TA`
Summary
Zball fl-okkju tar-rikors tal-appell kagunat minn semplici lapsus ma jwassalx ghan-nullita` tar-rikors.

Mid-decizzjonijiet tat-Tribunal ghat-Talbiet Zghar jista' jsir appell biss f'kazijiet limitati jigifieri fuq gurisdizzjoni, preskrizzjoni, nuqqas tat-tharis tad-disposizzjonijiet wara sospensjoni tal-procedimenti fil-kazi elenkati fl-artikolu 7 (2) u meta t-Tribunal ikun b'mod gravi mar kontra d-dettami ta' l-imparzjalita' u ta' l-ekwita' skond il-ligi u dik l-azzjoni tkun ippregudikatil-jeddijiet ta' min jappella.

Id-dritt ta' appell fit-Tribunal ghat-Talbiet Zghar ma jestendix ghal kazijiet fejn hu allegat li kien hemm applikazzjoni hazina tal-ligi mit-Tribunal hlief fejndan hu esplicitament provdut. Hu car li kull rikors ta' l-appell li ma jkunx jaqa' fil-parametri ta' xi wahda minn dawn is-subincizi [8 (2) (a) sa (d)] jkun irritu u null u ghandu jigi skartat minn din il-Qorti. Inoltre ghandu jkun car mill-istess rikors ta' l-appell illi l-appellant kellu jhossu aggravat bid-decizzjoni tat-Tribunal inkwantu kienet tivvjola xi wahda mis-subincizi fuq elenkati kifdispost l-artikolu 8 ta' l-istess Att V ta' l-1995.

Aggravji principalment bazati fuq allegata interpretazzjoni u applikazzjoni hazina tal-ligi li bl-ebda mod ma huma marbuta u addebitati lilxi nuqqas ta' imparzjalita' tat-Tribunal jew ma' xi allegazzjoni li dan mar kontra d-dettami tal-ekwita kif trid il-ligi ma jaqghux fil-parametri tal-artikolu 8 (2) tal-Kap 380.

Izda jekk inghatat sentenza u ma gewx rispettati d-drittijiet procedurali ta' wahda mill-partijiet, u partikolarment dik li tinstema', u li tinghata l-opportunita' li tinstemgha, dan jaghti dritt ghal appell.

Hawnhekk gie prezentat rikors ghas-sospensjoni tal-prolazzjoni tas-sentenza izda li ma giex degretat ghax ma giex konsenjat lit-Tribunal qabel il-prolazzjoni. Madanakollu gie rilevat li fil-kors tal-kawza is-socjeta' appellanti kellha l-opportunita' kollha li tikkontesta bil-mod previst mill-ligit-talbiet attrici fiz-zmien indikat mill-istess ligi, u dan baqghet m'ghamlitux. Ghalhekk l-appelltaghha gie michud.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info