Referenza: 133/2001/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
09/05/2002
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MICALLEF JOSEPH R.
Partijiet
GATT PHILIP O. PRO ET NOE vs BUSIETTA ADRIAN PRO ET NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DIGRIET INTERLOKUTORJU, DIFFERENZA BEJN SENTENZA - RITRATTAZZJONI, MHIX DISPONIBBLI WARA DIGRIET - SENTENZA, DEFINIZZJONI TA` - SENTENZA, DIFFERENZA BEJN DIGRIET INTERLOKUTORJU
Fil-Qosor
L-istitut tar-ritrattazzjoni japplika biss bhala procedura eccezzjonali dwar kawza li tkun inqatghetb'sentenza. Ghalhekk dan l-istitut ma japplikax ghall-kaz ta` degriet moghti minn rikors b'talba biex jinbdew proceduri ghal disprezz.

Il-provvedimenti li ghandhom min-natura ta' degriet jintgharfu minn dawk li jikkostitwixxu sentenza principalment minn jekk dawn jaghlqux il-kwestjoni li dwarha dak il-provvediment ikun inghata. Huwa maqbul b'awtorita' li jekk decizjoni taghlaq il-kwestjoni din tkun sentenza; jekk, min-naha l-ohra, din tipprovdi dwar episodju jew aspett procedurali matul il-kwestjoni, allura titqies bhala degriet. Kif inghad b'awtorita', dak li jikkostitwixxi sentenza huwa d-definittivita' taghha, fis-sens ta' quando terminat negotium de quo agitur, u tista' tkunta' zewg ghamliet: jew li taqta' l-meritu tal-kwestjoni, jew li tehles lill-imharrek milli joqghodfil-kawza. Min-naha l-ohra, d-degrieti ma jtemmux il-kwestjoni u jinghataw matul is-smigh tal-attibis-soluzzjoni ta' kwestjonijiet ancillari. L-izjed karatteristika ewlenija fid-degriet hija li majikkostitwix gudikat ghall-qorti li tkun taghtu, ghall-kuntrarju ta' dak li jsehh f'sentenza. Kienukoll meqjus li meta f'provvediment il-Qorti tirriserva l-kap tal-ispejjez ghal stadju iehor, dan ikun sinjal car li dak il-provvediment ikun degriet u mhux sentenza.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni