Reference: 1252/1993/1

Judgement Details


Date
26/04/2002
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
VALENZIA GEOFFREY
Parties
SALOMONE ANTOINE ET vs AZZOPARDI JOHN ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ACTIO REI VINDICATORIA, GRAD TA` PROVA - ACTIO REI VINDICATORIA, POSSIDEO QUA POSSIDEO - PRESKRIZZJONI, ELEMENTI TAL-PUSSESS MEHTIEG GHALL-PRESKRIZZJONI AKKWISITTIVA - PRESKRIZZJONI, PRESKRIZZJONI TRENTENNALI
Summary
F`actio rei vindicatoria, l-attur irid jipprova lil hinn minn kull dubbju illi huwa kien il-proprjetarju ta' l-immobbli li kien qieghed jirrivendika. Minn naha tieghu l-konvenut ma kien jehtiglu javanza l-ebda difiza u ma kien jehtiglu jipprova l-ebda titolu fuq l-art fil-pussess tieghu sakemm l-attur ma jkunx ipprova li hu kien il-proprjetarju.

L-artikolu 2107 tal-Kodici Civili jipprovvdili l-preskrizzjoni hija mod ta' akkwist ta' jedd b'pussess kontinwu, mhux miksur, pacifiku, pubbliku u mhux ekwivoku, ghal zmien li tghid il-ligi.

L-azzjonijiet kollha, reali, personali jew misti jaqghu bil-preskrizzjoni eghluq tletin sena, u ebda opposizzjoni ghall-preskrizzjoni ma tista' ssir minhabba n-nuqqas ta' titolu jew ta' bona fidi (art 2143).

Ghalhekk min jeccepixxi l-preskrizzjoni akkwizittiva ghandu jipprova kategorikament mhux biss il-pussess animo domini imma anke illi huwa ppossjeda minghajr interuzzjoni ghaz-zmien kollu ta' 30 sena preskritti mill-ligi.

Ir-rekwiziti biex tirnexxi dina l-azzjoni huma li l-pussess irid ikun wiehed kontinwu, mhux miksur, ghal tletin sena, pacifiku, pubbliku, (univoku) mhux ekwivoku - (cioe' juri bic-car li wiehed qieghedjippossjedi bhala sid).




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info