Referenza: 209/2001/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
11/04/2002
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
GALEA DEBONO JOSEPH
Partijiet
IL-PULIZIJA (SPT. MARIO BUTTIGIEG); vs CHIRCOP ANTHONY
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
KOLLIZJONI, VELOCITA` - TISTA` TKUN ECCESSIVA ANKI JEKK TAQA` FIL-LIMITI REGOLAMENTARI - PROVI, PULIZIJA MHUX MEHTIEG LI JGIB IL-PRIME NOTE TIEGHU WAQT LI JKUN QED JIXHED FIN-NUQQAS TA` ORDNI TAL-QORTI - SEWQAN, BLA KONT - SEWQAN, NEGLIGENTI - SEWQAN, PERIKOLUZ
Fil-Qosor
Ufficjal tal-Pulizija m'ghandu ebda obbligu legali li jgib il-`prime note` mieghu meta jixhed . Jekkhu irrefera ghan-notamenti li kien ittraskriva fid-diary tieghu waqt li kien qed jixhed quddiem l-ewwel Qorti, l-aktar li setghet iggieghlu jaghmel l-ewwel Qorti kien li jesebixxi dawn in-noti traskritti li ghalkihom kien qed jaghmel riferenza skond l-art. 583 tal-Kap.12 rez applikabbli ghall-proceduri kriminali bl-artikolu 645 tal-Kodici Kriminali u mhux li jigi ordnat li jgib l-original lihu ma kienx qed jirreferi ghalih.

Dejjem ritenut li il-kwistjoni jekk sewqan hux (i) negligenti ; jew (ii) bla kont, jew (iii) perikoluz hi kwistjoni ta' "degree" u, kif jidhru wara xulxin huma fl-iskala tas-serjeta' taghhom. Gie ukoll ritenut li biex jintegra ruhu ir-reat ta' sewqan perikoluz hemm bzonn ta' certu grad ta' "recklessness". "Recklessness " giet defenita bhala "wilfully shutting one's eye". Invece, sewqan negligenti jew traskurat ifisser nuqqas ta' prudenza ordinarja li wiehed ghandu jadopera biex jevita is-sinistri stradali..

Speed jista' jkun eccessiv anki jekkma jiskorrix il-limiti regolamentari, izda jiskorri dawk dettati mill-prudenza u mill-fatturi ambjentali tal-mument.

Il-fatt li l-appellat accelera u ghaqqad ir-roti fi triq qasira u dejqafejn kien hemm karozzi ipparkjati maz-zewg nahat u b'hafna pedestrians jimxu 'l hawn u 'l hinn, u fejn l-istess appellant stqarr li hemm ma tistax issuq minhabba dawn ic-cirkostanzi, jikkostitwixxisewqan b'manjiera traskurata.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni