Reference: 11/2011/1

Judgement Details


Date
11/01/2013
Court
CONSTITUTIONAL
Judiciary
CAMILLERI SILVIO, CARUANA DEMAJO GIANNINO, CUSCHIERI NOEL
Parties
FALZON MICHAEL PERIT ET vs L-AVUKAT GENERALI ET
ECLI
ECLI:MT:KOS:2013:78591
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
LIBERTA TAL ESPRESSJONI LI TGAWDI L ISTAMPA
Summary
Illi dan il-kaz jirrigwarda kummenti maghmula f‘artikolu dwar L-Avukat Michael Falzon li gew kunsiderati malafamanti. Il-Qorti Kostituzzjonali qalet li trattandosi ta' ezercizzju tad-dritt ta' espressjoni bil-mezz tal-istampa il-Qorti irriaffermat l-funzjoni essenzjali tal-istampa f'socjeta` demokratika. L-istampa ghandha d-dover li tikkomunika informazzjoni u ideat fuq materji ta' interess pubbliku. Dan id-dover jestendi mhux biss ghal informazzjoni jew ideat favorevoli, inoffensivi jew newtrali u indifferenti izda wkoll ghal informazzjoni jew ideat li jistghu joffendu, jixxokkjaw jew jinkwetaw. Sahansitra l-liberta` tal-istampa tammetti wkoll element ta' esagerazzjoni jew provokazzjoni. Jibqa' l-fatt, izda, li l-istampa ma tistax teccedi certi limiti u trid tezercita l-funzjoni taghha konsistentement mal-obbligi u r-responsabbilitajiet taghha partikolarment lejn ir-reputazzjoni u d-drittijiet ta' haddiehor.


Dawn il-limiti huma usa fir-rigward ta' persuni attivi fil-politika waqt li jkunu jagixxu fil-kapacita` pubblika taghhom milli huma fir-rigward ta' individwi privatiperess li persuna attiva fil-politika ghandha tkun konsapevoli li minhabba l-pozizzjoni li tkun dahlet ghaliha ser tkun kontinwament taht l-iskrutinju u esposta ghall-kritika anki harxa tal-pubbliku utal-istampa u ser tkun mehtiega taghti rendikont tal-ghemil taghha. Dan ma jfissirx li persuni mpenjati fil-politika ma ghandhomx dritt ghall-harsien tar-reputazzjoni taghhom anki meta jagixxu fil-kapacita` pubblika taghhom ghaliex anki f'cirkostanzi tali dritt ghal-liberta` ta' espressjoni ma huxassolut izda hu arginat bil-limiti tar-ragonevolezza u tal-proporzjonalita`. Ifisser, ghalhekk, li f'dawn ic-cirkostanzi l-harsien tad-dritt ghal-liberta` ta' espressjoni ta' persuna attiva fil-politika meta tagixxi fil-kwalita` pubblika taghha jrid jigi bilancjat ma' l-interessi ta' diskussjoni aperta ta' kwistjonijiet politici ghaliex l-eccezzjonijiet ghal-liberta` ta' espressjoni jridu jigu interpretati b'mod restrittiv.


Meta jsir l-ezercizzju biex jigi determinat jekk l-interferenza mill-awtorita` pubblika fid-dritt ghal-liberta` ta' espressjoni kinitx wahda mehtiega f'socjeta`demokratika trid issir distinzjoni bejn fatti u opinjonijiet, kumment jew value judgments. F'socjeta` demokratika persuna ma ghandhiex tigi penalizzata ghaliex tesprimi opinjoni jew value judgment u dan ghar-raguni li opinjonijiet u gudizzji bhal dawn ma humiex passibbli ta' apprezzament biex jigu ritenuti veritjieri o meno. Izda anki dikjarazzjoni jew stqarrija konsistenti f'value judgment tista', meta meqjusa l-proporzjonalita` tal-interferenza mill-awtorita` pubblika fid-dritt ghal-liberta` ta' espressjoni, tkun eccessiva partikolarment meta dak il-gudizzju jkun nieqes minn dak is-sottostratt ta' fatti bizzejjed sabiex isostni dak il-gudizzju.

Illi l-Qorti Kostituzzjonali wara lifliet fid-dettal il-fatti tal-kaz ma sabet l-ebda vjolazzjoni tad-drittijiet fundamentali tal-appellanti u ikkonfermat is-sentenza appellata.





Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info