Referenza: 1822/1999/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
10/10/2001
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
VALENZIA GEOFFREY
Partijiet
ZAMMIT GIULIO vs CAMILLERI SIMONE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
KOLLIZJONI, DOVERI TA` MIN ISUQ - KOLLIZJONI, DOVERI TA` UTENT TA` TRIQ PRINCIPALI - KOLLIZJONI, DOVERI TA` UTENT TA` TRIQ SEKONDARJA - KOLLIZJONI, VELOCITA`
Fil-Qosor
Utent ta` triq sekondarja ghandu l-obbligu li jcedi ghat-traffiku fuq triq principali, li jesplora tajjeb it-triq principali qabel johrog fiha, u li jimxi 'dead slow' u sahansitra jwaqqaf, biex jaccerta ruhhu li jista johrog bla hsara.

L-utent ta` triq principali ghandu wkoll l-obbligu li joqghod attent imma l-grad ta' diligenza li jinkombi lilu hu ferm anqas minn dak tal-utent ta` triq sekondarja ghax hu ma jkunx qieghed jiddisturba l-kors tat-traffiku, imma jkun miexi ghad-dritt.

Il-fatt li l-utent tat-triq sekondarja gie milqut meta kien ittraversa bicca sewwa mit-triq principali huwa rrilevanti

Utent ta` triq sekondarja irid jidhol got-triq principali bla ma jiehu riskji li sewwieq prudenti ma jiehux. Utent ta` triq sekondarja ma jistax johrog go triq principali bl-izgiccaturi.

Meta wiehed jigi biex jaqsam it-triq b'karozza dan irid jara li ma jkunx hemm traffiku, mhux biss meta jibda jaqsam imma anke sakemm jaqsam ghal kollox.

Rigward il-principji rikonoxxuti fil-gurisprudenza "in civilibus" rigward l-effett ta' velocita' eccessiva tal-utent ta` triq principali fuq id-determinazzzjoni tar-responsabilita' tas-sinistru, gie kostantement ritenutilli waqt li l-velocita' eccessiva ghal dik regolamentari, jekk tirrizulta pruvata, tesponi lis-sewwieq ghall-proceduri kriminali kontra tieghu ghall-vjolazzjoni tar-regolamenti tas-sewqan appositi;tali velocita' eccessiva fiha nfisha ma tistax titqies a priori bhala fattur determinanti ghar-responsabilita' ghall-incident jew kontributorju ghalih. Irid jigi stabbilit sodisfacentement illi l-velocita' eccessiva kienet l-element determinanti li pprovoka l-incident u li tista' titqies bhala l-kawza prossima tal-akkadut.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni