Reference: 3/2007

Judgement Details


Date
10/12/2008
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
PACE RAYMOND C.
Parties
FARRUGIA MARCO vs L-AWTORITA TA' MALTA DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
APPELL; ULTRA VIRES
Summary
Permezz ta' l-applikazzjoni numru PA 2125/06 Marco Farrugia applika biex fuq is-sit Sacro Cuor fi Triq Danny Cremona, Hamrun, jaghmel is-segwenti: “demolition of existing building and re-constructionof basement garage, ground floor office/garage, 2 flats at 1st floor, second floor and third floor and construction of penthouse”.

Fir-rikors ta' l-appell, l-Awtorita' appellanti qeghda tallega li l-Bord ta' l-Appell agixxa ultra vires peress illi hu m'ghandux is-setgha li jiddeciedi li jiddipartixxi mill-Pjan Lokali ghaz-zona fejn jinsab is-sit in kwistjoni u dan fir-rigward ta' maximum height limitation u wkoll fejn qed jigi allegat li l-istess Bord ta' l-Appell dwar l-Ippjanar injoraghall-kollox il-policies kollha applikabbli ghall-kaz in kwistjoni. Hija sostniet li l-applikazzjonikongunta tal-Artikoli 15 (12) u 33 (1) tal-Kap. 356 jimponu obbligu tassattiv fuq il-Bord - ghax insibu l-kelma “shall” - illi japplika tali Pjan Lokali ghaz-zona fejn ikun sitwat l-izvilupp propostb'mod mandatorju, u l-istess Bord ma' kellu ebda setgha li jinjora l-istess skemi u policies.

Ma kien hemm l-ebda kwistjoni dwar punt ta' ligi u lanqas dwar l-applikazzjoni ta' commitment o meno, u dan ghaliex l-gholi tal-istess bini kien ser jibqa' l-istess skond decizjoni precedenti tal-Bord li ma gietx kontestata mill-Awtorita' appellanti, u kienet fil-fatt dik id-decizjoni li ddecidietil-commitment ta' l-area in kwistjoni ghal dik ta' gholi ta' erba' sulari.

Dan il-kaz fil-fatt kien jittratta dwar bdil ta' uzu ta' washrooms fl-ahhar sular ghall-uzu ghall-skop residenzjalibhala penthouses, u dwar dan ma kien hemm ebda punt ta' dritt involut, u kien hemm biss konsiderazzjonijiet ta' fatt, li huma fil-kompetenza esklussiva tal-istess Bord ta' l-Appell dwar l-Ippjanar.

Dan ifisser li f'din id-decizjoni ma hemm xejn dwar l-aplikabbilta' o meno tal-artikoli citatimill-istess Awtorita' appellanti fl-appell taghha odjern u ghalhekk jirrizulta li effettivament ma hemm fl-istess decizjoni tal-Bord l-ebda punt ta' dritt li jaghti lill-Awtorita' appellanti dritt ghall-appell quddiem din il-Qorti.

Ghaldaqstant, din il-Qorti ta' l-Appell tichad l-appell tal-Awtorita' appellanti skond ir-rikors tal-appell taghha u dan ghaliex huwa nfondat fil-fatt u fid-dritt u b'hekk tikkonferma d-decizjoni tal-Bord ta' l-Appell dwar l-Ippjanar.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info