Referenza: 2/2008

Dettalji tas-Sentenza


Data
17/10/2008
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
GRECH JOHN vs DIRETTUR TAS-SIGURTA SOCJALI
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
GHAJNUNA GHAS-SIGURTA SOCJALI; CAHDA
Fil-Qosor
Id-Dipartiment sar jaf li l-appellant, ftit taz-zmien qabel it-talba tieghu ghal ghajnuna, hu kelludepositi bankarji ta' kwazi tnax-il elf lira Maltija. Meta gie mitlub jispjega kif fi ftit taz-zmiendan l-ammont nizel taht in-nofs, Grech ippresenta diversi kontijiet li pero' ma gewx accettati mid-Dipartiment fil-maggoranza taghhom. L-Arbitru cahad kemm it-talba ta' Grech ghall-ghajnuna peress likien jaqbez il-limitu tal-mezzi konsentiti, kif ukoll l-appell tar-rapprezentat tieghu.

Fuqir-rivalutazzjoni taghha ta' l-inkartament tal-kaz, din il-Qorti tistqarr li hi l-konvinzjoni taghhailli d-Direttur appellat ma kienx bla gustifikazzjoni fid-dubbji tieghu li ma japprovax l-applikazzjoni ta' l-appellanti. Dan ghaliex ma tirrizulta l-ebda raguni gravi li tintitola lil din il-Qorti biex tiddisturba l-apprezzament li wasal ghalih l-Arbitru li kjarament issottoskriva l-opinjoni tad-Direttur illi l-fatti kif sottomessi mill-appellant ma kienux attendibbli u kienu indikattivi ta' sforz da parti ta' l-appellant biex, direttament jew indirettament, icahhad lilu nnifsu minn proprjeta`biex ikollu jedd ghal ghajnuna ghal mard taht l-Att dwar is-Sigurta` Socjali.

Din il-Qorti mhix lesta li ticcensura d-diskrezzjoni ta' l-Arbitru jew li tissostitwixxi ghad-decizjoni tieghu, id-decizjoni diversa taghha. Ghaldaqstant, l-Appell qed jigi respint u d-decizjoni ta' l-Arbitru ikkonfermata, bl-ispejjez jibqghu fic-cirkustanzi bla taxxa bejn il-partijiet.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni