Reference: 574/1993/1

Judgement Details


Date
26/10/2001
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
VALENZIA GEOFFREY
Parties
VELLA BRIGITTE vs VELLA RICHARD ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ACTIO PAULIANA, CONSILIUM FRAUDIS - ACTIO PAULIANA, ELEMENTI TA` - ACTIO PAULIANA, EVENTUS DANNI - ACTIO PAULIANA, NOZZJONI TA` KREDITUR
Summary
Il-kelma 'kreditur' f'materja ta' azzjoni pawljana ghandha tigi interpretata mhux fis-sens ristrettta' persuna li ghandha kreditu pekunjarju accertat, imma fis-sens ta' kull min ghandu azzjoni x'jiddeduci biex jirreklama l-adempiment ta' obbligazzjoni, b'mod li jista' jesperixxi din l-azzjoni kullmin jinsab pregudikat bil-fatt ta' haddiehor b'atti kompjuti mid-debitur.

Il-mara li tinsab pregudikata minn att kompjut minn zewgha, ghax dan ikun iddispona minn beni ta' l-akkwisti, tista' tipproponi din l-azzjoni wara l-mewt ta' zewgha minghajr m'hemm bzonn li qabel hija titlob il-likwidazzjoni tal-komunjoni ta' l-akkwisti.

L-istess principju jghodd meta jkun hemm proceduri ghal separazzjoni personali pendenti bejn il-mizzewgin u l-komunjoni tkun ghada ma gietx xjolta.

Huwa risaput illi z-zewg elementi mehtiega sabiex tista' tigi ezercitata l-azzjoni pawljana huma (1) l-"eventus danni" bi hsara tal-kreditur domandanti, billi d-debitur bl-att impunjat ikun almenu ppeggjora l-pozizzjoni finanzjarja tieghu, u (2) il-"consilium fraudis", cjoe l-intenzjoni da parti tad-debitur li jaghmel hsara lill-kreditur, u l-partecipazzjoni tat-terz kontraent f'din l-intenzjoni. Ghad-debitur, il-"consilium fraudis" jikkonsisti filli huwa jkun jaf li qieghed jirrendi ruhu nsolventi bis-sahha tal-att minnu kompjut, ossija li huwa jkun qieghed jidhol fil-kondizzjoni ta' nsolvenzajew ta' "minorata solvibilita". Ghat-terz jirrikorri l-"consilium fraudis" kull meta fil-waqt li qieghed jikkuntratta mad-debitur, huwa jaf li qieghed jaghmel negozju guridiku li huwa ta' hsara ghall-kreditur.

Jekk l-att imunjat ikun sar b'titolu gratwit hu bizzejjed li l-kreditur jipprovali kien hemm qerq minn naha tad-debitur.

L-animus nocendi mhux mehtieg biex tigi ezercitata l-azzjoni revokatorja, imma huwa bizzejjed li jkun hemm ix-xjenza li l-att ser ikun leziv ghall-kreditur.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info