Referenza: 140/1991/2

Dettalji tas-Sentenza


Data
25/04/2008
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
DE GAETANO VINCENT, CAMILLERI JOSEPH D., FILLETTI JOSEPH A.
Partijiet
AGIUS NORBERT vs VELLA ANTHONY ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ARTIKOLU 681 TAL KAP 12 - L ACTIO REI VINDICATORIA - XHIEDA FIL QORTI
Fil-Qosor
L-Artiklu 681 tal-Kap 12 li jaqra hekk:
“Il-qorti mhix marbuta li taccetta l-konkluzjonijiet tar-rapporti tal-periti kontra l-konvinzjoni taghha nfisha”.

Li Qorti ma tismax necessarjament xiehda “viva voce” izda toqghod ukoll fuq affidavits u traskrizzjonijiet ta' xhieda skond il-ligi hijahaga proceduralment regolarissima. Il-fatt li x-xiehda ta' l-appellanti kienu gabillotti li jiddependu mill-memorja u mir-rakkonti ma jfissirx li x-xiehda taghhom hija necessarjament anqas attendibbli minn dik ta' negozjanti li jibbazaw ix-xhieda taghhom fuq dokumenti. Gudikant ghandu jezamina bir-reqqa l-provi rilevanti li jkollu quddiemu u mbaghad jiddeciedi l-kawza abbazi tal-ligi applikabbli, tal-gurisprudenza, u tal-provi li fl-opinjoni tieghu huma konsistenti, konvincenti u korroboranti.

L-actio rei vindicatoria proposta mill-attur kif kontemplata fl-Artiklu 322(1) tal-Kodici Civili (“..is-sid tal-haga ghandu jedd jitlobha lura minghand kull pussessur”) ma tistax tirnexxi ghaliex ma gietx sufficjentement ippruvata. Ladarba din il-Qorti sabet li l-attur ma rnexxilux jipprovat-titolu tieghu, m' hemmx lok li din l-istess Qorti tghaddi biex tezamina l-provi tal-konvenuti appellanti li huma ressqu biex jippruvaw it-titolu taghhom jew li tkompli tieghu konjizzjoni ta' l-aggravji taghhom fil-konfront tas-sentenza appellata.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni