Reference: 58/2007

Judgement Details


Date
03/04/2008
Court
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Judiciary
FARRUGIA SACCO LINO
Parties
CARAMAZZA GAETANO vs ONOR. PRIM MINISTRU
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, ARTIKOLU 39 (5) (D) TAL-KOSTITUZZJONI TA MALTA U ARTIKOLU 6 (3) (D) KAP 319
Summary
Illi r-rikorrenti qed jghaddi proceduri kriminali quddiem il-Qorti tal-Magistrati Malta bhala QortiIstruttorja b'akkuzi inter alia ta' frodi u hasil ta' flus. Ir-rikorrent kien talab li jtella xhudin difisa izda din it-talba giet michuda mill-Qorti tal-Magistrati Malta bhala Qorti Istruttorja liddikjarat dan ix-xhud inammissibbli. Minhabba f'hekk ir-rikorrent jikkontendi li hu gie svestit milli jiddefendi ruhu bl-ahjar mod fi procedura li wasslet ghal digriet finali li nehha il-beneficcju tal-helsien mill-arrest, liema digriet hu definittiv u ma hemmx il-possibilita` ta' appell minnu. Ghalhekk ir-rikorrent sostna li gew lesi d-drittijiet fundamentali tieghu.

Jinghad l-artikolu 39 [5] [d] tal-Kostituzzjoni ta' Malta u ta' l-Artikolu 6 [3] [d] tal-Konvenjoni Ewropea tad-Drittijiet Fundamentali tal-Bniedem jaghtu d-dritt lill-imputat li jressaq ix-xhieda tieghu u li jkollu dritt jezaminahom bl-istess mod li l-prosekuzzjoni jkollha dritt iggib xhieda u tezaminahom, kif ukoll li jaghmel kontroezami tax-xhieda tal-prosekuzzjoni, izda mkien ma jaghtu dritt li persuna tressaqko-imputat bhala xhud.

Skond il-Qorti Ewropea d-decizjoni ta' Qorti dwar tismax xhud jew lehija f'idejn il-qorti tal-pajjiz li jkun, u dan minhabba l-varjeta' kbira fil-ligijiet tal-proceduratal-pajjizi differenti.

Fil-fehma tal-Qorti r-rikorrent kellu opportunita daqs il-prosekuzzjoni li jressaq il-kaz tieghu. L-artiklu 6 ma jiggarantixxix id-dritt ta' appell. Il-fatt li l-imputat ma jistax jappella minn digriet ta' ri-arrest meta t-termini huma sospizi ma jwassalx ghall-fattli l-artiklu 6 kien miksur.

Il-Qorti tghid li dwar dritt ta' smigh fi zmien ragjonevoli mhuxapplikabbli ghall-kaz odjern minhabba l-fatt li r-rikorrent ghadu mhux akkuzat fi proceduri li jwasslu b'mod definittiv ghas-sejbien ta' htija o meno. Anqas ma hu l-kaz fil-fehma tal-Qorti li l-proceduri qed jitwalu zzejjed.

Il-Qorti thoss li r-rifjut tal-Qorti tal-Magistrati bhala QortiIstruttorja biex ir-rikorrent jipprezenta bhala xhud lill-ko-akkuzat in difesa ma jikkostitwix il-ksur ta' l-artikolu 39(6)(d) u/jew Kap 319 artikolu 6 (3)(d).

It-talba ghall-annullament ta' l-artikolu 575 tal-Kap 9 ukoll ma tistax tigi milqugha ghax ma sabitx li tali artikolu huwa ultra vires u jikser il-Kostituzzjoni ta' Malta jew il-Konvenzjoni Ewropeja tad-Drittijiet Fundamentali tal-Bniedem. Jinghad ukoll li l-Qorti ma tistax tordna lill-Parlament izda tista' tiddikjara li ligi tmurkontra l-Kostituzzjoni jew il-Konvenzjoni u tattira l-attenzjoni ta' l-iSpeaker tal-Kamra.

Anqas ma jista jinghad li r-rikorrenti gie michud mid-dritt li jkollu process fi zmien ragjonevoli.Ghalhekk il-Qorti tichad it-talbiet tar-rikorrenti.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info