Reference: 507/2005/1

Judgement Details


Date
28/03/2008
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
SAMMUT CARMELO SIVE CHARLES ET vs BUGEJA ARMANDO ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Summary
L-attur qed jitlob il-hlas fuq kambjala ta' LM1,675,93 minghand il-konvenuti. Il-konvenuti min-nahataghhom resqu l-eccezzjoni li t-talba attrici ghandha tigi michuda ‘l ghaliex huma sofrew d-danni minhabba l-bejgh li sar bejn il-kontraenti u fil-fatt fil-kontro talba tieghu sostna li huwa m'ghandujaghti xejn lill-attur izda ghandu jiehu minghandu dik is-somma flus li trid tigi likwidata minn din il-Qorti. Oltre dan, il-konvenuti sostnew li l-kawza tal-atturi hija msejsa fuq premessa illecita.

L-attur biegh lil konvenut Armando Bugeja vettura versu l-prezz miftiehem ta' LM7,000, u dan skond kuntratt. Fuq dan il-kuntratt jidher li l-konvenut hallas parti mill-prezz bhala deposit ukien fadallu bilanc ta' LM4,000 x'jghati lill-attur u intrabat li ihallashom permezz ta diversi kambjali minnu ffirmati. Ghall-ewwel l-konvenut onora l-ftehim billi beda ihallas l-pagamenti mensili dovuti minnu izda wara certu zmien u cioe meta l-bilanc wasal ghas-somma pretiza mill-attur waqaf ihallas u kien ghalhekk li l-attur pprezenta din il-kawza.

Il-konvenut qabel ma dak li ssottometta l-attur pero zied ighid li huwa ma kompliex ihallsu l-ghaliex fil-fehma tieghu dahaq bih meta bieghlu vettura li suppost kienet mmanifatturata fis-sena 1995 izda irrizulta li kienet immanifatturatafis-sena 1991. Skond hu ghalhekk il-vettura ma kientix tiswa l-prezz li obbliga ruhu li jhallas. Huwa ghalhekk ghamel kontro talba fejn talab lill-Qorti tiddikjara li huwa sofra danni minhabba dan in-negozju fil-fehma tieghu frawdulenti minn naha ta' l-attur u sabiex eventwalment tillikwida dawn id-danni sofferti minnu u dan bil-ghan li huwa ma jkollu jghati xejn aktar lill-attur.

L-Artikolu 198 tal-Kodici tal-Kummerc (Kap. 13) ighid illi :-
“1. L-eccezzjonijiet li huma personali ghall-pusessur tal-kambjala ma jistghux idewmu l-hlas taghha, jekk ma jkunux likwidi u jistghu jinqatghumalajr fil-kawza li tkun miexja.

3. Jekk dawn l-eccezzjonijiet ikunu jehtiegu ezami fit-tul,is-smiegh taghhom isir f'kawza ghaliha, u sadanitant, il-kundanna ghall-hlas tal-kambjala, bil-garanzija jew minghajrha skond ma jidhrilha l-Qorti, m'ghandhiex tkun imdewma.”

Il-konvenut bl-ebda mod ma kkontesta li l-kambjali mertu tal-kawza odjerna gew debitament mahruga u ffirmati minnu kif jidher mill-istess kambjali esebiti. Lanqas ma tqajmet xi eccezzjoni dwar il-validita o meno taghhom. Ir-raguni ghalfejn dawn effettivament gew mahruga hija kompletament irrelevanti ghall-mertu tal-azzjoni odjerna.

Kambjala ghandha natura awtonoma u indipendenti mit-transazzjoni li minnha tohrog. Inoltre hija fin-natura taghha stess hi strument kummercjali mahluq biex jassigura heffau ghagla fic-cirkostanzi tal-krediti u d-dejn u kwindi ladarba l-kambjali in kwistjoni gew iffirmati u ma giex ppruvat sodisfacentement li kien hemm hlas, lanqas in parte fuqha t-talbiet attrici ghandhom jigu milqugha. Dan l-oneru kien jinkombi lil konvenut, liema oneru l-konvenut naqas li jissodisfa.Il-konvenut messu hallas l-ammont pretiz mill-attur abazi tal-kambjali indipendentement mit-talba tieghu ghad-danni. Tali talba messha saret independenement minn din l-azzjoni attrici.

Ghaldaqtant l-Ewwel Qorti cahdet l-eccezzjoniet tal-konvenuti u t-talbiet sussegwenti rikonvenzjonali, laqet it-talbiet attrici kif ukoll l-eccezzjonijiet ghall-kontro talba tal-atturi dan billi kkundannat lill-konvenuti jhalsu lill-atturi s-somma ta' LM1,675.93 bl-imghax skond il-ligi.

Il-konvenuti hassewhom aggravati b' din is-sentenza u appellaw minnha biex jitolbu r-revoka taghha, kemm tal-mertu aggudikat kif ukoll tal-kap ta' l-ispejjez.

L-azzjoni kambjarja tiddependi esklissivament mill-pussess tal-kambjali jew kambjalijiet u hi ghalhekk diretta biex iggib in gudizzju d-drittinkorporat fil-kambjali nnifisha in forza ta' l-awtonomija taghha. Isegwi li r-raguni tat-talba b'din l-azzjoni tirrigwarda pretiza bazata fuq il-vinkolu emergenti mill-kuntest, letterali u astratt,tal-kambjali fejn l-oggett immedjat taghha hu dak tal-hlas ta' l-import tal-kambjali. Hu dan li jiddistingwiha mill-azzjoni ordinarja in kwantu f' din ta' l-ahhar l-oggett ta' l-azzjoni hu identifikat b' riferiment ghar-rapport negozjali interkorrenti bejn il-partijiet. Veru li dan l-istess negozju sottostanti hu kollegat mal-kambjali emessa imma dan, se mai, jaghti lok ghall-gudizzju in via ordinarja bid-dixxiplina tipika ta' din l-azzjoni.

F' din il-kontrattazzjoni minn imkien ma jirrizulta li l-atturi appellati kienu in mala fede jew b' xi mod immiskjati fil-mutament tad-data tal-manifattura tal-vettura fuq il-log book.

Din il-Qorti ta'l-Appell tichad l-appell u tikkonferma l-konkluzjoni fis-sentenza appellata, bl-ispejjez ta' din l-istanza kontra l-konvenuti appellanti.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info