Referenza: 605/2003/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
10/01/2007
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
SALOMONE ALBERT W ET vs DEGIORGIO MATTHEW
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
LOKAZZJONI, DEFINIZZJONI TA` KERREJ TAHT IL-KAP. 69
Fil-Qosor
Jidher mid-definizzjoni tal-kelma "kerrej" illi l-ligi tirrikjedi zewg rekwiziti konkorrenti biex persuna li tkun qed tokkupa l-fond tigi akkordata b' success il-protezzjoni taht il-Kapitolu 69. Jigifieri, (i) li tkun membru tal-familja ta' l-inkwilin u (ii) li tkun tirrisjedi mal-kerrej fil-mumenttal-mewt tieghu;

Marginalment, kwantu ghall-ewwel rekwizit, il-gurisprudenza taghna kienet ghal certu zmien tikkwalifika bhala membri tal-familja dawk konsangwinji, cjoe, dawk kollha konguntipermezz tad-demm u dixxendenti wahda mill-ohra mill-ohra jew minn stipiti komuni.

Meta l-kelma ('residenza') mhix definita, is-sinjifikat taghha jista' jvarja skond il-kontest partikulari u l-iskop ta' l-uzu taghha f' dak il-kontest. Il-wisq erudit Imhallef Maurice Caruana Curran jipproponi,b' kawtela, illi biex parenti ta' l-inkwilin jiggjova ruhu mill-protezzjoni tal-Kapitolu 69 dik ir-residenza tieghu mat-tenant "ma tridx tkun kazwali, jew saltwarja, jew ghal semplici kumdita ahjar,jew ta' semplici pjacir, jew ispirata minn dik il-htiega ta' kambjament ta' ambjent li anke taghmelgid ghas-sahha u ghall-mohh, imma trid tkun ir-residenza ordinarja tal-bniedem, anke jekk ghal bzonnmhux l-unika residenza tieghu, imma dejjem haga imposta minn necessita".

B'"residenza ordinarja" gie ulterjorment imfisser illi dawn il-kliem jiddenotaw "residenza f' post b' certu grad ta' kontinwita` u apparti assenzi accidentali jew temporanji. Id-durata mhux kriterju esklussiv u necessarjament determinanti. Hu pero` kriterju tajjeb dak li jirrigwarda l-mod kif bniedem ugwalment jorganizza hajtu".




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment