Reference: 1094/1994/1

Judgement Details


Date
06/04/2001
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
CARUANA DEMAJO GIANNINO
Parties
SCIFO DIAMANTINO CORNELIUS S. MAURICE vs GRECH DR. JOHN C. ET NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DRITTIJIET, RINUNZJA GHAL - DRITTIJIET, RIZERVA TA` - KONVENJU
Summary
Huwa obbligu ta` kull venditur ta` proprjeta` immobbli li jittrasferiha fi stat li ma jkunx aghar minn dak li kienet fih fil-waqt tal-konvenju.

Il-fatt li persuna taccetta li tixtri art li kienet fi stat aghar milli kienet fil-waqt tal-konvenju ma jfissirx necessarjament li din irrinunzjat ghad-drittijiet taghha.

Hawnhekk l-attur xtara minghand is-socjeta` konvenuta art li kienet thalliet tiddeterjora bejn il-konvenju u l-pubblikazzjoni tal-kuntratt. L-attur kien anki ipprezenta protest gudizzjarju ftit jiem biss qabel il-kuntratt fejn ghamel rizerva tad-drittijiet tieghu. Dan kien juri li l-attur ma riedx icedi d-drittijiet tieghu. Din ir-riserva ma saritx ukoll fil-kuntrattpubbliku. Il-kwistjoni kienet allura jekk l-attur kienx irrinunzja ghad-drittijiet tieghu bl-iffirmar tal-kuntratt.

Il-Qorti ikkonkludiet li kuntratt huwa att bilaterali u ghalhekk fih jista' jitnizzel biss dak li jaqblu fuqu z-zewg partijiet. Il-Qorti ikkonkludiet li jekk il-bejjiegha ma riditx li titnizzel ir-riserva li ried jaghmel l-attur, dan seta' jew ma jiffirma xejn il-kuntratt, uhekk jidhol f'kumplikazzjonijiet biex jakkwista dak li kellu jedd ghalih taht il-konvenju, jew jiffirmah kif iffirmah, wara li kien irriserva l-pretensjonijiet tieghu b'att gudizzjarju. Il-konvenutakienet taf li l-attur, b'att gudizzjarju, kellu pretensjonijiet kontrieha pero' fil-kuntratt ma hemmxejn li bih l-attur ceda l-pretensjonijiet tieghu. Ghalhekk, il-qorti, ikkonkludiet li s-skiet tal-kuntratt hija li z-zewg partijiet irriservaw il-pozizzjoni rispettiva taghhom u d-drittijiet ghar-rizarciment tad-danni li l-kompratur kellu kontra l-vendituri kienu impregudikati minkejja li xtara l-art in kwistjoni.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info