eCourts
Kawżi Ċivili
Sentenzi
Insolvenzi
Subbasti
Użu tal-Awli
Servizzi
Irċievi Notifiki bil-Mowbajl
Ħallas Multi tal-Qorti
Ħallas id-Dritt tar-Reġistru tal-Qorti
Għajnuna
Chat
Malti
English
Illoggja
Home
Fittex is-Sentenzi
Dettalji
Referenza: 2448/1996/1
Niżżel
Dettalji tas-Sentenza
Data
27/01/2006
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
DE GAETANO VINCENT, CAMILLERI JOSEPH D., FILLETTI JOSEPH A.
Partijiet
AGIUS AGRICULTURAL TRADING LIMITED vs CONCORDE INTERNATIONAL FREIGHT FORWARDER
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT
Kawża Llinkjata
AGIUS AGRICULTURAL TRADING LIMITED vs CONCORDE INTERNATIONAL FREIGHT FORWARDER - 2448/1996/1 - TA' L-APPELLI CIVILI (SUPERJURI), MALTA
Kliem Ewlieni / Fil-Qosor
Fil-Qosor
Is-socjeta` appellanti hija fin-negozju tat-trasport u l-kawza odjerna titratta proprju ftehim li hija kellha mas-socjeta` Agius Agricultural Trading Limited biex igorr kwantita` ta' pjanti tal-frawlimill-Italja ghall-Malta. Japplika ghalhekk dak provdut mill-Artikolu 1628 et sequitur tal-Kodici Civili, fejn fl-Artikolu 1630 il-legislatur jiddisponi li l-vettural huwa responsabbli ghat-telf tal-haga fdata lilu. L-istess obbligu huwa wkoll inkorporat fl-Artikolu 17(1) tal-Konvenzjoni CMR ossija l-Convention Relative au contrat du transport des Marchandises par route. Minn ezami ta' dawn il-ftit disposizzjonijiet johrog car li r-responsabbilita` tal-vettural tibda minn meta l-haga tigi fdata lilu. Fl-Artikolu 1630 il-legislatur jipprovdi li, huma obbligati ghat-telf tal-haga fdata lilhom, u ghall-hsarat li jigru fiha.. Hemm ukoll l-Artikolu 1628 li jiddisponi li, Il-vetturali bl-art jew bil-bahar ghandhom, dwar il-kustodja u l-hars tal-hwejjeg fdati lilhom.. Huwa ghalhekk inutili l-argument tas-socjeta` appellanti li tibqa' tinsisti li r-riskju kellha terfghu s-socjeta` attrici ghaliex din kienet taf li s-socjeta` appellanti ma kellhiex trasport refrigerated' u ghazletli tiehu r-riskju li l-merkanzija tingieb bit-trasport normali.
Is-socjeta` appellanti jekk kellha xi dubju dwar jekk kenitx se jirnexxielha twettaq il-ftehim mas-socjeta` attrici fiz-zmien qasir miftiehem kien messha ma accettatx l-inkarigu u qalet lis-socjeta` attrici biex issib trasportatur iehor. Minn ezami kemm tal-provi u tad-dokumentazzjoni esebita ma jirrizultax illi s-socjeta` attrici kienet ftehmet ma' l-appellanti li terfa' r-riskju, li l-ligi stess titfa' fuq il-vettural li jkun ha l-kusjodja tal-merkanzija, fuqha.
Inoltre skond l-Artikolu 1628 tal-Kodici Civili l-vettural ghandu, dwar il-kustodja u l-hars tal-hwejjeg fdati lilhom, l-istess obbligi tad-depozitarju. Ghalhekk bl-applikazzjoni ta' l-Artikolu 1900 u 1132, il-grad ta' prudenza, attenzjoni u diligenza applikabbli fil-kaz tas-socjeta` konvenuta hija dik tal-bonus pater familias', li ladarba hemm ftehim ghall-hlas, jigu wkoll applikat b'mod aktar sever.
L-obbligu tal-vettural, izda, mhux wiehed assolut u l-ligi fl-Artikolu 1630 tipprovdi ghall-ezoneru. L-artikolu fit-totalita` tieghu jistipula hekk:-
Huma obbligati ghat-telf tal-haga fdata lilhom, u ghall-hsarat li jigru fiha, meta ma jippruvawx li l-haga ntilfet jew gratilha hsara b'accident jew b'forza magguri u minghajr htijataghhom. Dan l-ezoneru jinsab anke fil-Konvenzjoni li tipprovdi ghall-ezoneru mir-responsabilita`jekk it-telf, dannu jew dewmien ikun il-konsegwenza, inter alia ta' circumstances which the carriercould not avoid and the consequences of which he was unable to prevent. Izda f'din is-sitwazzjonihuwa t-trasportatur li ghandu l-oneru li jipprova dan. Dan il-kuncett ta' force majeure jew cas fortuit huwa wkoll kodifikat fl-Artikolu 1029 tal-Kodici Civili li jipprovdi li kull hsara li tigri b'accident jew b'forza magguri, ibatiha, fin-nuqqas ta' disposizzoni espressa tal-ligi li tghid il-kuntrarju, dak illi fuq il-persuna jew il-beni tieghu tigri l-hsara. Is-socjeta` appellanti ma ppruvatx li d-danni gew kagunati b'accident jew b'forza magguri u minghajr htija taghhom.
Agħfas hawn biex tfittex mill-ġdid.
Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku.
Iktar Informazzjoni
Naċċetta