Referenza: 433/2001/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
07/12/2005
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
GRECH JOSEPHINE NOE vs FARRUGIA SIMON
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
LOKAZZJONI, KOMPETENZA TAL-BORD LI JIRREGOLA L-KERA - LOKAZZJONI, KOMPETENZA TAL-QRATI ORDINARJI - EZISTENZA TA` KIRJA
Fil-Qosor
Hi gurisprudenza pacifika illi t-tribunal kompetenti biex jiddeciedi jekk id-detentur ta' fond ghandux titolu jew le huwa l-qorti ordinarja. Huwa biss fejn il-Qorti ssib li dan it-titolu jezisti, fis-sens li d-detentur ikun qed jokkupah b' titolu ta' lokazzjoni, illi allura dik il-Qorti ma tibqax hekk kompetenti biex tiehu konjizzjoni tat-talba tas-sid-lokatur biex jimpedixxi r-rilokazzjoni tal-fond. Jekk invece d-decizjoni tkun li l-konvenut m' ghandux titolu allura l-kompetenza tibqa' tal-Qorti ordinarja.

Bla dubju huwa fil-mument meta jintemm il-perijodu tar-rilokazzjoni li jkun miexi illi s-sid ghandu d-dritt li jikkontrasta l-pretensjoni tal-konvenut li jibbenefika mill-jedd ghar-rilokazzjoni awtomatika in kwantu ma jkunux jirrikorru fil-kaz tieghu r-rekwiziti prefissi mil-ligi specjali in materja. Qorti ordinarja ma setghetx tiddeciedi li kienet inkompetenti semplicimentghaliex il-kirja kienet fil-perijodu tar-rilokazzjoni. Inversament, kollox kien jiddependi mis-soluzzjoni li dik il-Qorti kellha taghti lill-kwestjoni jekk il-konvenut kien qed jokkupa l-fond b' titolu legali, bis-sahha tal-prelegat, u aktar minn hekk, bis-sahha tat-tifsira li l-Kapitolu 69 jaghtilill-kelma "kerrej" fil-kaz ta' hanut.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni