Reference: 110/2003/1

Judgement Details


Date
23/11/2005
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
DEGIORGIO ANTHONY vs DEGIORGIO STEPHEN
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
SENSERIJA, DRITT GHAL KUMPENS GHAL SERVIGI REZI META MA JKUNX HEMM L-ELEMENTI TAS-SENSERIJA - SENSERIJA, DRITT GHALL-HLAS TA` - SENSERIJA, ELEMENTI TA` - SENSERIJA, SOSTITUZZJONI TAL-PARTIJIET FIN-NEGOZJU
Summary
Jekk isir ftehim dwar senserija u wahda mill-partijiet tissostitwixxi ruhha b'terz fuq il-kuntratt li dwaru jkun sar il-ftehim ta' senserija, xorta wahda senserija tista' tkun dovuta. Sabiex isehh l-obbligu ghall-hlas tas-senserija hija mehtiega l-identità tan-negozju propost ma' dak konkluz, liemakwalita` mhix eskluza meta ssehh sostituzzjoni ta' parti b'terz sakemm ikun hemm kontinwita` bejn is-soggett li jkun ha sehem fit-trattativi u s-sostitut. F'tali kaz is-senserija tkun trid tithallas minn min ikun originarjament intrabat li jhallasha billi s-sensal kellu rapport gutridika ma' din il-parti.

Huwa ferm logiku illi l-intitolar ghall-kummissjoni ma tiskattax awtomatikament ghax sempliciment jigi demostrat illi l-ftehim negozjali gie finalizzat. Kif tghallem il-gurisprudenza, biex medjatur ikollu dritt ghal senserija jew il-kummissjoni appattwita hu jehtieglu juri ghas-sodisfazzjon tal-Qorti illi kien hu li wassal il-partijiet ghall-ftehim definittiv fuq il-kondizzjonijietkollha, sostanzjali u accidentali, ta' l-operazzjoni.

Apparti l-istitut tas-senserija jew medjazzjoni jezisti wkoll dak tal-mandat retribwibbli jew locatio operis billi anki meta persuna ma tkunx intitolata ghal senserija (ez. billi n-negozju ma jkunx sehh) jista' jkun lilu dovut kumpens minnmin ikun inqeda bix-xoghol tieghu. Tali remunerazzjoni mhix marbuta mal-konkluzjoni tan-negozju bhal ma hija s-senserija izda hija marbuta man-natura u l-importanza tax-xoghol tieghu fl-ezekuzzjoni ta' l-inkariku.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info