Reference: 1435/1993/2

Judgement Details


Date
20/10/2005
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MALLIA TONIO
Parties
MICALLEF JOSEPH GEORGE vs SPITERI JOSEPH
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
HAJT DIVIZORJU, HAJT TA` BARRA - HAJT DIVIZORJU, REWWIEHA FI - HAJT DIVIZORJU, TIEQA FI - KATUSA, INVAZJONI TA` ARJA - SERVITU`, ESTENSJONI TA` - SUPERFICIES SOLO CEDIT, INVAZJONI TA` ARJA - SUPERFICIES SOLO CEDIT, PROPRJETA` TA` L-ARJA TA` BITHA INTERNA META GID JINQASAM F`SULARI DIFFERENTI
Summary
Ghar-rigward ta' ftuh ta' aperturi f'hitan divizorju, l-artikolu 426 tal-Kodici Civili, jghid hekk:

"Meta s-sulari ta' dar ikunu ta' diversi sidien, kull wiehed mis-sidien jista', fil-hajt ta'barra tas-sular tieghu, jaghmel gallariji, twieqi, bibien, jew aperturi ohra, basta li b'daqshekk matigix imnaqqsa s-sahha ta' dak il-hajt".

Jidher car mid-dicitura ta' l-istess artikolu, illid-drittijiet kontemplati minnu jirrigwardaw il-hajt ta' barra ("external wall", fit-test ingliz) tas-sular partikolari li kull wiehed mis-sidien ikollu. Dan jidher aktar car mill-fatt li l-artikoluprecedenti, dak bin-numru 425, jipprovdi illi:

"Ebda wiehed mill-girien ma jista', minghajr il-kunsens ta' l-iehor, jaghmel twieqi jew aperturi ohra fil-hajt divizorju"

Il-"hajt ta' barra" huwa dak il-hajt li jaghti ghat-triq pubblika, fil-waqt li l-hajt divizorju, huwa dak il-hajt lijiddividi proprjeta' minn ohra, u f'dak il-hajt divizorju, anke jekk mhux komuni ma jistghu jinfethuebda twieqi jew aperturi ohra.

Il-permess biex jinfethu twieqi moghti bil-ligi fl-artikolu 426 tal-Kodici Civili japplika ghall-hajt ta' barra u mhux ukoll ghall-hitan l-ohra li jaghtu ghall-proprjeta' ta' terzi. L-artikolu 426 tal-Kodici Civili ma jaghtix fakolta' lill-persuna tiftah gallerija li taghti ghall-fuq parapett tal-attur, anke jekk dak il-parapett ikun imiss mat-triq.

Issa, hu veru wkoll li, skond il-gurisprudenza, hu permess li persuna tiftah rewwieha jew tieqa f'hajtdivizorju, u dan minghajr ma taqa' f'dispett lejn il-ligi. Dan hu permess, pero', meta it-tieqa ur-rewwieha jaghtu ghal fuq art mhux zviluppata ta' haddiehor, u dan gie koncess peress li tali aperturi li jkunu miftuha fuq art mhux zvillupata, ma jkunx ta' pregjudizzju ghas-sid ta' dik l-art u, peress li jitqiesu miftuha b'mera tolleranza, sid dik l-art ikun jista' jitlob li jinghalqu l-aperturimeta jizviluppa l-proprjeta' tieghu. Dan, pero', jghodd ghal apertura miftuha fuq art vergni, jigifieri, art li ma tkunx ghadha giet zvillupata mis-sid, u ma japplikax meta l-art tal-gar tkun diga'giet minnu zvillupata ghall-uzu tieghu, ancorche' bhala bitha jew shaft. Fil-fatt m'hemm xejn fil-ligi li tawtorizza l-ftuh ta' twieqi go shaft meta l-arja tkun tappartjeni l-ftuh ta' twieqi go shafts meta l-arja tkun tappartjeni lill-terzi. Is-servitujiet jitkellmu b'mod generali u d-distanzi u r-regoli indikati fil-ligi jridu jigu segwiti f'kull kaz.

Inoltre, l-fatt li proprjetarju ghandu dritt jizvillupa arja, u ghandu dritt jizvillupa l-fond tieghu kif jidhirlu hu, ma jaghtihx dritt, la li jipprovdi ghall-introspezzjoni ghal-fondi adjacenti, u lanqas li jiftah twieqi jew aperturiohra ghal-fuq il-proprjeta' tal-gar. Lanqas il-fatt ta' sovraposizzjoni ma jaghti dritt lill-proprjetarju li jibni veranda jew jiftah twieqi fuq proprjeta' adjacenti.

Fis-sistema tal-ligi taghna, min hu sid l-art huwa sid l-arja sovrastanti, izda peress li l-proprjeta' testendi b'mod vertikali u mhux orizontali, l-izvillup ta' dik l-arja irid isir b'mod li ma jkun hemm ebda invazzjoni jewintraspezzjoni tal-arja u l-proprjeta' tal-gar. Persuna li jizviluppa l-arja tieghu ma jistax, fil-konfini tal-arja tieghu ma' dik tal-gar, jiftah twieqi ghal fuq l-ispazju zviluppat tal-gar.

Sid il-bitha ghandu l-proprieta' tal-arja sovrastanti, tant li l-proprjetarju tal-fond sovrastanti lanqas jista' jonxor mit-twieqi tal-fond tieghu ghall-fuq il-bitha ta' haddiehor minghajr il-kunsensta' dan.

Anke fejn l-arja ta' fuq il-bitha tkun giet mibjugha lill-proprjetarju tal-fond sovrastanti, dan ikun ifisser biss li ghandu dritt jiehu l-arja u d-dawl bit-twieqi tieghu, izda mhux ukoll id-dritt ta' introspezzjoni gol-fond ta' tahtu.

Il-permessi tal-awtoritajiet kompetenti johorgu "saving third party rights", u dawn m'ghandhomx dritt jimponu servitu' ta' ftuh ta' aperturifuq proprjeta' ta' terzi.

Il-gurisprudenza hi konformi li t-tkabar u t-twessiegh ta' tieqa japprovaw is-servitu' li jkun gia esistenti, u kwindi huwa projbit. It-twessiegh ta' tieqa jew iz-zieda fin-numru ta' twieqi jirrendu s-servitu' aktar gravuza u oneruza, u min ghamel dan ix-xoghol iridjirriduci kollox fid-dimensjoni ta' qabel.

Ma jistax it-titolari ta' servitu' jippretendi estensjoni taghha billi l-ezercizzju taghha skond it-titolu jkun sar insufficjenti minhabba t-tibdiliet li jkunu saru. Ghax jekk hu veru illi l-krejazzjoni tas-servitu' titqies li tikkomprendi dak kollu li hu mehtieg ghat-tgawdija ta' dak is-servitu', il-kliem 'dak kollu li hu mehtieg' (Artikolu 476tal-Kodici Civili) ghandu jigi interpretat b'riferenza ghaz-zmien tal-kostituzzjoni tas-servitu', umhux in riferenza ghall-izviluppi li jkun ghamel wara dak iz-zmien sid il-fond dominanti.

Lanqas jistghu jitwahhlu katusi fuq hajt divizorju jekk dawn jinvadu l-arja tal-gar.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info