Reference: 243/2003/1

Judgement Details


Date
10/10/2005
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
BORG VINCENZO vs BONETT KARL JUDE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
KOLLIZJONI, DOVERI TA` MIN ISUQ - PEDESTRIANS LI JKUNU QED JIMXU TAHT IL-BANKINA - KOLLIZJONI, DOVERI TA` PEDESTRIAN - KOLLIZJONI, INCIDENT BEJN VETTURA U PEDESTRIAN
Summary
F' materja ta' investiment ta' pedestrians jokkorri li jigi qabel xejn puntwalizzat dak li drabi ohra gie enuncjat, u cjoe, illi "f' kazijiet ta' din ix-xorta l-indagini li trid issir hi duplici jigifieri tant dwar il-kondotta fis-sewqan tad-driver biex jigi determinat jekk ghamelx xi manuvra nkonsulta u negligenti li ma jmissux jaghmel, kemm dwar il-moviment tal-pedestrian halli jigi determinat jekk kienx l-agir tieghu li wassal ghal dak li gara, fid-dawl tac-cirkostanzi kollha tal-kaz kif emergenti mill-provi akkwistati fil-process".

L-imgieba tas-sewwieq u tal-pedestrian, qua utentitat-triq ghandha tkun:-

(1) "Driver ghandu juza d-diligenza kollha biex jevita pedestrian lijaqsam it-triq anke jekk il-pedestrian jaqsam negligentement u ghalhekk ghandu jigi ritenut responsabbli jekk ikun naqas minn xi dmir tieghu b' mod li jkun pogga ruhu f' posizzjoni li ma setax jevital-investiment ta' pedestrian. Il-kaz li fih id-driver jista' jkun ezentat mir-responsabilita` hu dak biss fejn il-pedestrian, b' xi att inaspettat u subitaneu, jew xort' ohra b' xi ghemil tieghu, ikun qieghed lid-driver f' posizzjoni li, anke bl-uzu tad-diligenza mehtiega, dan ma setax assolutamentjevita l-investiment".

(2) "Il-pedestrian ghandu certament drittijiet fic-cirkolazzjoni tat-traffiku, imma ghandu wkoll obbligi. Jekk il-pedestrian ikun qieghed ruhu f' post fejn mhux suppostikun, u driver li jkun qed isuq karozza b' mod regolari jsib ruhu f' posizzjoni ta' emergenza subitanea minhabba fih, dak id-driver ma ghandux jigi ritenut hati ta' sewqan perikoluz u tal-konsegwenzili jista' jsofri dak il-pedestrian f' dik il-konsegwenza".

(3) "Il-pedestrian ghalkemm ghandu dritt li jkun fil-karreggjata biex jaqsam certament ghandu wkoll id-dover li juza prudenza biex jaqsam 'with reasonable dispatch'. Aktar u aktar tehtieg dik l-attenzjoni tal-pedestrian meta si tratta ta' uncontrolled crossing".

(4) "Hu veru li anki l-pedestrian ghandu d-doveri tieghu fit-traffiku stradali; imma biex driver ta' karozza li jinvesti pedestrian u jikkagunalu offizi fuq il-persuna tieghu jista' jiskolpa ruhu, jehtieg li jirrizulta li l-kawza unika u determinanti ta' l-investiment kienet tikkonsisti fil-komportament imprudenti tal-pedestrian li gie milqut; u ma tistax tiginvokata mid-driver l-iskriminanti ta' l-emergenza subitanea meta tikkonkorri l-kolpa ta' l-awtista,li tkun impedietu milli jevita l-konsegwenzi ta' l-emergenza. Il-konducenti ta' vetturi ma ghandhomx jipprezumu normalita` perfetta ta' komportament tal-pedestrian imma ghandhom dejjem jivvalutaw tajjeb il-kontingenzi stradali u jirregolaw il-velocita` taghhom b' margini sufficjenti ta' sikurezza".

Huwa dezumibbli minn dawn il-gudikati illi kemm il-pedestrian kif ukoll il-konducent ta' vettura ghandhom josservaw dejjem ir-regoli tal-prudenza u tal-bon sens fic-cirkolazzjoni stradali. Fattur determinanti iehor li jemergi minn dawn l-istess gudikati huwa dak li biex driver ta' vetturajiskansa ruhu minn addebitu ta' htija jrid juri li hu gie rinfaccjat minn sitwazzjoni inevitabbli lissorprendietu. Dan aktar u aktar meta "fi trieqtu jinzerta nies li minhabba l-eta` taghhom jew ghal xi raguni ohra ma jkollhomx la dik ic-celerita` ta' percezzjoni, la dik il-prontezza ta' decizjoni, u lanqas dik l-izveltezza ta' movimenti, li jehtiegu c-cirkostanzi mprovvizi".

M' hemm ebdapresunzjoni li, fil-kaz ta' accident bejn motor car u pedestrian, il-pedestrian ghandu dejjem raguni". Issokta mbaghad jigi osservat illi "b' danakollu hu veru illi, fejn m' hemmx regolat b' xi modpartikolari l-passagg tal-pedestrians, pedestrian li juza t-triq karrozzabbli anqas ghandu jitqies bhala xi intruz; u filwaqt illi l-pedestrian ghandu certament juza l-kura mehtiega biex ma johloqx ghall-utenti ohra tat-triq sitwazzjonijiet ta' perikolu jew emergenza, minn naha l-ohra d-drivers ta'karozzi, li huma magni ta' potenza li joqtlu jew ikorru, ghandhom l-obbligu gravi li jiehdu kura lijsuqu b' mod illi ma jkunux ta' perikolu jew dannu ghall-pedestrians li ghandhom ukoll id-dritt li juzaw it-toroq";




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info