Reference: 960/1999/1

Judgement Details


Date
06/05/2005
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT, CAMILLERI JOSEPH D., FILLETTI JOSEPH A.
Parties
CAMILLERI ALEX ET NOE vs CAMILLERI SILVIO ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
CITAZZJONI, NULLITA` TA` - NUQQAS TA` FIRMA TA` PROKURATUR LEGALI - CITAZZJONI, NULLITA` TA` - NUQQAS TA` INDIKAZZJONI TAL-QORTI - DANNI, RESPONSABILITA` TA` MIN JIBNI BINI B`MOD ABUZIV GHAL HSARAT KAGUNATI LIL TERZI
Summary
Bhala regola generali, il-gurisprudenza tat-tribunali taghna tishaq li kemm jista' jkun l-atti ghandhom jigu salvati. Il-Qrati taghna prattikament dejjem enfasizzaw li biex tigi dikjarata nulla citazzjoni u b'hekk jitwaqqaf il-kors taghha, jehtieg li jkunu jikkonkorru ragunijiet gravi, fosthom dakli n-nuqqas allegat ikun gab pregudizzju evidenti ghad-difiza tal-konvenut. Meta ma jkunx hemm talipregudizzju ghad-difiza tal-konvenut, jew, fil-kaz li in-nuqqas fic-citazzjoni jkun hemm xi haga ohra li taghmel tajjeb ghalih, allura c-citazzjoni ma ghandhiex tigi annullata. Minbarra dan, gie kemm-il darba deciz mill-qrati taghna li jekk ic-citazzjoni jkollha xi haga mhix cara bizzejjed go fiha, izda li din il-haga tkun giet iccarata fid-dikjarazzjoni li l-attur jaghmel u jipprezenta ma' l-att tac-citazzjoni, dan huwa bizzejjed biex ic-citazzjoni tigi salvata.

Hawnhekk gie ritenut lil-fatt li r-referenza ghall-Qorti tal-Magistrati (Ghawdex) fil-Kompetenza Superjuri taghha ma gietxkancellata fuq l-att tac-Citazzjoni ma kien igib ebda nullita`.

In-nuqqas ta` firma ta` prokuratur legali wkoll mhix essenzjali ghall-validita` ta' l-att ghaliex il-prokuratur legali ghandu jiffirma l-att tac-citazzjoni biss meta huwa gie inkarigat mill-parti. F'dan il-kaz prokuratur legalima giex inkarigat mill-atturi.

Il-fatt li struttura tinbena b'mod abuziv minn persuna li ma tkunx is-sid ma jfissirx li jekk persuna ssofri danni ghaliex l-istruttura tkun inbniet hazin tali persuna tinheles mir-responsabilità ghad-danni ghaliex ma tkunx is-sid tal-proprjetà.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info